Laqgħa Ġenerali Annwali

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Qiegħed jinġieb għall-attenzjoni tal-membri kollha li l-Laqgħa Ġenerali (LĠA) Annwali tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019 fil-Club stess u tibda fis-7.00pm

Jekk sal-ħin stipulat li tibda’ l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm.

AGENDA

1. Talba
2. Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali
3. Diskors mill-President
4. Qari ta’ rapport amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali
5. Qari ta’ rendikont finanzjarju mit-Teżorier
6. Emendi u approvazzjoni tal-istatut
7. Ħatra ta’ tliet membri li jiffurmaw kummissjoni li tmexxi elezzjoni
8. Elezzjoni ta’ ufficjali fuq il-Kumitat eżekuttiv
9. Ħatra ta’ awditur
10. Ħatra / konferma ta’ Presidenti Onorarji
11. Xogħol ieħor li jista’ jinqala’

EMENDI GĦALL-ISTATUT U R-REGOLAMENTI
 
Il-membri huma ġentilment mistiedna jressqu mozzjonijiet għall-emendi fl-istatut u fir-regolamenti. Kull mozzjoni għandha tkun proposta u sekondata minn membri effettivi tal-Club u in regola mal-ħlas ta’ sħubija għall-istaġun 2018-19 jew 2019-20
 
F’kull eventwalita’ dawn għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Lulju għalhekk kull mozzjoni li tasal tard wara din id-data ma tkunx valida u għaldaqstant ma tkunx ikkunsidrata.  

Nota:  Skond id-dispozizzjoni tal-istatut – Para 5- Laqgħa Ġenerali Annwali – sub-artiklu (c) – items nru. 7 u 8 jridu jidhru f’kull aġenda tal-LĠA. Madanakollu, iż-żewġ items li jidhru hawn fuq mhux se jkunu trattati matul il-LĠA peress li din se tkun is-sena transitorja u mhux se jkun hemm ebda elezzjoni għall-Kumitat eżekuttiv. L-elezzjoni li jmiss tkun fil-LĠA tal-2020.

Joe Shields
Segretarju Ġenerali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *