Marco Storari jista’ jirritorna ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Diversi siti online qed jirrapurtaw li Storari jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus sabiex ikun jista’ jibda jaħdem mal-klabb Juventin b’kariga diriġenzjali. S’issa mhux magħruf x’se tkun il-kariga ta’ Storari. Ta’ min jirrimarka li Storari mar Amsterdam flimkien mat-tim Juventin u dan jista’ jkun sinjal li tassew daqt nerġgħu nibdew narawh jaħdem għal Juventus.
Matthew Scerri