Barcellona jridu lil Bentancur

MatthewJuve News Leave a Comment

Don Balon qed jerġgħu jsemmu possibbiltà ta’ bdil ta’ plejers bejn Juventus u Barcellona. Il-klabb Spanjol jinsab interessat ferm li jikseb lil Bentancur u għaldaqstant lesti joffru 30 miljun Ewro flimkien ma’ Rakitic għalih. Matthew Scerri

Bonucci, De Ligt u Bentancur għadhom dubjużi

MatthewJuve News Leave a Comment

S’issa għadu mhuwiex magħruf jekk Bonucci, De Ligt u Bentancur humiex se jkunu qed jilagħbu kontra Lazio. Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita, Sarri sostna li t-tlieta li huma segwew programm personalizzat fil-jiem li għaddew u llum se jittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom. Skont Sarri, is-sessjoni ta’ training tal-lum se tagħti indikazzjonijiet dwar min minnhom jinsab tajjeb biex jilgħab. Matthew Scerri

Battibekk bejn Sarri u Pjanic skont La Stampa

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont La Stampa r-relazzjoni bejn Pjanic u Sarri mhix waħda tajba dan l-aħħar tant li seta’ kien hemm battibekk bejniethom waqt sessjoni ta’ taħriġ. Pjanic, li fil-bidu tas-sena deher fiċ-ċentru tal-pjanijiet ta’ Sarri, issa jidher li se jkun qed jitlef postu bħala playmaker ta’ Juventus hekk kif l-Urugwajan qed ikun ferm iktar effikaċi fil-grawnd mill-Bosniaku. Matthew Scerri

Kuntratt ġdid għal Bentancur

MatthewJuve News Leave a Comment

Rodrigo Bentancur hu mingħajr dubju l-persunaġġ Juventin tal-mument. Minn partita għall-oħra, f’dawn l-aħħar sitt xhur, hu qed jitjieb u qed jieħu f’idejh in-nofs il-grawnd ta’ Juventus. Minkejja li hu ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus fis-sajf li għadda skont Il Corriere di Torino Paratici daqt se jiftaħ taħdidiet mal-aġent tal-plejer biex joffrilu kuntratt ieħor. Dan se jsir għax Bentancur għandu paga …

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (9 ta’ Ġunju 2020)

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa offrut lil Chelsea Is-sit Sportmediaset ta l-aħbar illum li, peress li Pjanic ma jrid imur ma’ ħadd ħlief Barcellona, allura Juventus offrew lil Chelsea tpartit bejn Douglas Costa u Jorginho. Sarri jrid b’saħħa lil Jorginho, li attwalment jidher li għandu l-istess valur ta’ Costa. Van De Beek fil-mira ta’ Manchester United Skont The Times ir-Red Devils tefgħu għajnejhom …