Mill-bieraħ De Ligt beda jsegwi programm personalizzat fil-JTC tal-Continassa. Hu fadallu sa Novembbru barra wara l-operazzjoni li saritlu. It-triq hi twila, imma kull vjaġġ jibda bl-ewwel pass. Konvinti li De Ligt se jidħol lura fl-azzjoni f’Novembru b’saħħtu iktar minn qatt qabel. Matthew Scerri
L-operazzjoni ta’ De Ligt irnexxiet. Għandu tliet xhur barra!
Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus taw l-aħbar li l-operazzjoni ta’ De Ligt irnexxiet. L-operazzjoni fi spalltu saret fil-klinika UPMC Salvator Mundi ta’ Ruma mill-kirurgi Volker Mushal, Bryson Lesniak u Fabrizio Margheritini, fil-preżenza anki tat-tabib ta’ Juventus, Dr. Luca Stefanini. De Ligt mistenni jibqa’ barra tliet xhur. Matthew Scerri
Illum l-operazzjoni ta’ De Ligt
Illum, proprju f’jum għeluq sninu, Matthijs De Ligt se jkun operat f’Ruma. Hu wasal fil-belt kapitali tard ilbieraħ filgħaxija u dalgħodu se ssirlu l-operazzjoni fi spalltu. Hu stmat li De Ligt se jirritorna fl-azzjoni għall-ħabta ta’ tmiem Ottubru-bidu ta’ Novembru. Matthew Scerri
Operazzjoni għal De Ligt
L-operazzjoni ta’ Matthijs De Ligt se ssir. Wara l-partita, De Ligt stess ammetta li l-ispalla qed tagħtih wisq probabbli u li se ssirlu l-operazzjoni sabiex ikun jista’ jsolvi dil-problema. Matthew Scerri
De Ligt: “Deluż, imma kuntent bl-istaġun tiegħi”
Injuries għal Dybala u De Ligt. Illum inkunu sew x’għandhom
Hemm stennija kbira biex illum inkunu nafu kif jinsabu Dybala u De Ligt. It-tnejn li huma ħarġu mill-grawnd kontra Sampdoria b’injury muskolari. Ovvjament ħdax-il ġurnata oħra hemm Juventus-O.Lyon u l-biża’ hi li Dybala u De Ligt ikollhom jitilfu dil-partita tant kruċjali. Matthew Scerri
Bonucci, De Ligt u Bentancur għadhom dubjużi
S’issa għadu mhuwiex magħruf jekk Bonucci, De Ligt u Bentancur humiex se jkunu qed jilagħbu kontra Lazio. Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita, Sarri sostna li t-tlieta li huma segwew programm personalizzat fil-jiem li għaddew u llum se jittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom. Skont Sarri, is-sessjoni ta’ training tal-lum se tagħti indikazzjonijiet dwar min minnhom jinsab tajjeb biex jilgħab. Matthew Scerri
Problemi fiżiċi għal kważi d-difensuri ċentrali kollha ta’ Juventus
Fadal erbat ijiem għal Juventus-Lazio, partita dejjem iktar fundamentali għar-rebħ tal-kampjonat. Bħalissa l-akbar problema li hemm fit-tim hi d-difiża. S’issa l-uniku wieħed li hu kompletament f’sikktu mid-difensuri ċentrali hu Rugani. Bonucci għad għandu problemi fiżiċi tant li lbieraħ lanqas biss lagħab. De Ligt deher kemm-il darba mal-art iżomm spalltu, filwaqt li Chiellini sofra injury muskolari ħafif u saħansitra ried jinbidel …
De Ligt u Dybala se jkunu sospiżi għall-partita kontra Milan
De Ligt u Dybala se jkollhom jitilfu l-konfront kontra Milan ta’ nhar it-Tlieta. Huma fil-fatt kienu fil-lista tad-diffidati u peress li qalgħu karta safra fid-Derby, huma awtomatikament se jkunu sospiżi għall-partita li jmiss, dik kontra Milan. Matthew Scerri