Dejjem iktar probabbli t-tpartit bejn Han u Cerri

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur qed isir dejjem iktar probabbli li Juventus u Cagliari jilħqu ftehim għat-tpartit bejn Han u Cerri. Il-Bianconeri jemmnu ħafna fl-attakkant mill-Korea ta’ Fuq, Han. Huma qed joffru lil Cagliari li jagħtuhom minfloku lil Alberto Cerri. Han, ovvjament, se jibqa’ misluf lil Perugia sal-kumplament  tal-istaġun, filwaqt li Cerri x’aktarx se jingħaqad ma’ Cagliari immedjatament. Matthew Scerri

Bdil Cerri-Han?

MatthewJuve News Leave a Comment

Cagliari tefgħu għajnejhom fuq Alberto Cerri, l-attakkant li Juventus li jinsab misluf fis-Serie B. Juventus lesti jinnegozjaw ma’ Cagliari bil-kundizzjoni li jiksbu minflok lil Han Kwang Song li attwalment qed jilgħab ma’ Perugia. L-idea hi li Cerri jissieħeb ma’ Cagliari immedjatament, filwaqt li Juventus jiksbu lil Han u jħalluh sa Ġunju misluf lil Perugia. Matthew Scerri