Waqfa kemxejn twila għal Alex Sandro?

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum mistennija joħorġu r-riżultati tat-testijiet li t-tobba ta’ Juventus se jagħmlu b’rabta mal-injury muskolari ta’ Alex Sandro. Bosta siti u gazzetti qed ibassru li se jkollu jibqa’ barra bejn tliet ġimgħat u xahar. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Alex Sandro

MatthewJuve News Leave a Comment

Jumejn qabel l-ewwel partita tal-kampjonat, Andrea Pirlo tilef lil Alex Sandro minħabba injury muskolari. Hu fil-fatt kellu jieqaf mit-training illum peress li ħass uġigħ. Jidher li hu injury ta’ tip muskolari. Għada se jsirulu xi testijiet mill-istaff mediku ta’ Juventus. Matthew Scerri

Injury ieħor għal Zaniolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Ix-xorti ma tridx tidħak lil Nicolò Zaniolo. Fil-fatt hu kellu jabbanduna l-grawnd kontra l-Olanda minħabba problema f’irkoptu. It-tobba tal-istaff mediku tat-tim nazzjonali huma mħassba u hemm il-biża’ li l-injury hu gravi. Tajjeb ngħidu li l-injury li sofra mhuwiex fl-istess irkoppa li kienet ġiet operata f’Jannar li għadda. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr! Matthew Scerri

Ronaldo lura għat-training

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo llum ittrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu tat-tim nazzjonali Portugiż.Hu jinsab ferm aħjar wara li kellu problema f’infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh. Ronaldo se jkun qed jivvjaġġa mat-tim nazzjonali lejn l-Iżvezja fejn se jilagħbu nhar it-Tlieta. Matthew Scerri

Ronaldo reġa’ ma ttrenjax mal-Portugall minħabba l-injury li sofra

MatthewJuve News Leave a Comment

Għat-tieni jum konsekuttiv, Cristiano Ronaldo ma ttrenjax ma’ sħabu tat-tim nazzjonali Portugiż. Jidher li hu għandu infjammazzjoni f’suba’ ta’ saqajh, infjammazzjoni li ġietu minħabba ferita infettata. Kważi żgur li hu mhux se jilagħab għada kontra l-Kroazja u hemm dubji kbar dwar kemm se jkun laħaq irkupra sa nhar it-Tlieta meta l-Portugall se jilagħbu kontra l-Iżvezja. Juventus huma mħassba minħabba dis-sitwazzjoni …

Injury għal Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo jaf ikollu jitlef il-partita tal-Portugall kontra l-Kroazja. Hu mhux qed jittrenja minħabba infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh. S’issa m’hemmx rapporti li għandu injury gravi, biss ma ninsewx li s-Serie A se tibda ħmistax oħra u Juventus diġà għandhom barra lil Dybala. Matthew Scerri

Stqarrija ta’ Juventus dwar l-injury ta’ Bernardeschi

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara li sofra injury muskolari mat-tim nazzjonali Taljan, Bernardeschi llum sarulu xi testijiet mediċi fil-JMedical. Irriżulta li l-injury tiegħu hu ta’ entità medja. Ħmistax-il ġurnata oħra se jerġgħu jsirulu xi testijiet oħra biex it-tobba jifhmu jekk ikunx fieq jew le. Fi kliem ieħor Bernardeschi se jitlef l-ewwel partita tal-kampjonat. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Bernardeschi

MatthewJuve News Leave a Comment

Federico Bernardeschi kellu jabbanduna t-training grawnds fejn it-tim nazzjonali qed iħejji għall-partiti kontra l-Bosnija u l-Olanda. Hu sofra injury muskolari u ntbagħat lura Turin minħabba li mhux se jilħaq jirkupra għal dawn iż-żewġ partiti. Matthew Scerri

Illum l-operazzjoni ta’ De Ligt

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum, proprju f’jum għeluq sninu, Matthijs De Ligt se jkun operat f’Ruma. Hu wasal fil-belt kapitali tard ilbieraħ filgħaxija u dalgħodu se ssirlu l-operazzjoni fi spalltu. Hu stmat li De Ligt se jirritorna fl-azzjoni għall-ħabta ta’ tmiem Ottubru-bidu ta’ Novembru. Matthew Scerri