Telf finanzjarju kbir għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus FC illum ippubblikat dettalji ta’ rendikont finanzjarju għall-ewwel parti tal-istaġun. Kif kien mistenni kien hemm telf kbir għal Juventus li kien jammonta għal 113.7 miljun Ewro. Hu stmat li l-klabb Juventin fl-ewwel parti tal-istaġun tilef 50 miljun Ewro minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Id-dejn totali tal-klabb issa jammonta għal 357.8 miljun Ewro. Matthew Scerri

Tliet ħatriet ġodda fi ħdan Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru l-ħatra ta’ tliet persuni ġodda f’karigi importanti fi ħdan il-klabb. Stefano Cerrato se jkun iċ-Chief Financial Officer u se jkun qed jaħdem mill-qrib ma’ Stefano Bertola. Inħolqu, imbagħad, żewġ karigi oħra li se jkunu qed jaħdmu mill-qrib ma’ Andrea Agnelli: Cesare Gabasio se jkun il-General Counsel and Chief Legal Officer, filwaqt li Tiziana Zancan se jkollha l-kariga ta’ …

Riskju ta’ telf ta’ madwar 80 miljun għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Hu stmat li Juventus jistgħu jitilfu madwar 80 miljun Ewro jekk l-istadiums Taljani jibqgħu magħluqa sa tmiem l-istaġun. Fil-fatt La Stampa kkalkulat li d-dħul dirett mill-istadiums jissarraf f’15% tad-dħul komplessiv tal-klabbs. Fil-każ ta’ Juventus dan il-15% jfisser somma ta’ 80 miljun. Juventus se jkunu l-aktar milquta peress li huma l-klabb li għandu l-ikbar dħul minn gate money u attivitajiet oħra …

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali …