Lukaku u Dybala jingħataw l-istess valur?

MatthewJuve News Leave a Comment

Sportmediaset huma tal-idea li Juventus se jbaxxu l-valur ta’ Dybala biex żgur jiksbu lil Lukaku. Skonthom issa Juventus qed joffru lir-Red Devils tpartit bejn Dybala u Lukaku bit-tnejn li huma jingħataw l-istess valur. S’issa dejjem intqal li l-ftehim kien li Manchester United kellhom iżidu 15-il miljun Ewro ma’ Lukaku biex jiksbu lil Dybala. Matthew Scerri

Paratici jinsab Londra għal Lukaku

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici jinsab Londra. Kmieni lbieraħ waranofsinhar hu qabad titjira lejn il-kapitali Ingliża fejn iltaqa’ ma’ Federico Pastorello, l-aġent ta’ Lukaku. Il-laqgħa seħħet fl-uffiċini legali ta’ rappreżentant ta’ Manchester United. Illum se jkompli għaddej bit-taħdidiet mar-Red Devils biex jinstab ftehim dwar il-bdil Dybala-Lukaku. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Dybala jinsab l-Ingilterra

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Gianluca Di Marzio l-aġent ta’ Paulo Dybala bħalissa jinsab l-Ingilterra sabiex jiltaqa’ ma’ uffiċċjali ta’ Manchester United. Hu x’aktarx mar biex jiftiehem magħhom dwar il-paga ta’ Dybala u din hi indikazzjoni ċara ferm li l-bdil bejn Lukaku u Dybala wasal biex iseħħ. Matthew Scerri

Resqin lejn qbil għat-tpartit bejn Lukaku u Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Rapporti li qed jidhru fuq il-mezzi tax-xandir Taljani qed isostnu li Juventus u Manchester United resqin lejn qbil għat-tpartit bejn Lukaku u Dybala. Hemm anki indikazzjonijiet li l-Bianconeri qed jitolbu kumpens ta’ madwar 15-il miljun Ewro f’dan il-ftehim peress li qed jagħtu valur ta’ 100 miljun lil Dybala filwaqt li Lukaku jiswa 85 miljun. Id-differenza x’aktarx mhux se titħallas cash …

Ftit jiem oħra jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra

MatthewJuve News 1 Comment

Ninsabu ftit jiem biss bogħod mill-għeluq tas-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra. Fil-fatt il-klabbs Ingliżi se jkunu jistgħu jixtru jew ibigħu plejers biss sat-8 ta’ Awwissu. Interessanti li naraw x’se jiġri f’dawn il-jiem f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Pogba u Lukaku, it-tnejn li huma segwiti minn Juventus. Fl-istess ħin irridu naraw anki jekk Khedira, Kean, Perin u Dybala humiex se jħallu lil Juventus …

Tpartit Lukaku-Dybala?

MatthewJuve News Leave a Comment

Kemm Tuttosport kif ukoll Il Corriere dello Sport qed iġibu fuq l-ewwel paġna tal-ħarġa tal-lum l-istorja li Juventus qed jippruvaw jixtru lil Romelu Lukaku. Xi jumejn ilu Juventus tkellmu mal-aġent tiegħu, Pastorello. Issa jidher li sar kuntatt ma’ Manchester United. Allegatament Juventus jinsabu disposti li jpartu lil Lukaku ma’ Dybala. Matthew Scerri

Anki Juventus interessati f’Lukaku

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jippruvaw jiddeffsu fin-nofs fin-negozjati bejn Inter u Lukaku. Skont The Sun Inter għadu ‘l bogħod milli jsibu ftehim għall-akkwist ta’ Lukaku u għalhekk Juventus se jagħmlu tentattiv biex jixtruh huma. Il-prezz li Manchester United qed jitolbu għalih hu ta’ 80 miljun. Matthew Scerri