Matuidi u Kean jitilfu Atalanta-Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Allegri tilef anki lil Matuidi u lil Kean għall-partita kontra Atalanta. Matuidi mhux se jkun fl-azzjoni minħabba li kellu d-deni fil-ġurnata tal-bieraħ. Kean, mill-banda l-oħra, jidher li ħass uġigħ muskolari u għaldaqstant jeħtieġ il-mistrieħ. Matthew Scerri

Injuries anki għal Cancelo, Kean u Bernardeschi

MatthewJuve News 1 Comment

Juventus qed jirriskjaw li jkollhom nofs tim barra għall-partita kontra Manchester United. Meta ninsabu jumejn bogħod mill-partita taċ-Champions League, l-aħbarijiet mill-Continassa mhuma xejn sbieħ. Matuidi reġa’ ma ttrenjax ma’ sħabu u minflok segwa programm personalizzat ta’ training. Douglas Costa ma ttrenjax għal kollox u minflok sarulu xi terapiji biex ifieq mill-injury tiegħu. Anki Kean jinsab barra mill-azzjoni minħabba injury, filwaqt …

Injuries għal Douglas Costa u Matuidi

MatthewJuve News Leave a Comment

Injuries għal Douglas Costa u Matuidi wara l-partita kontra Cagliari. Fi stqarrija tal-istaff mediku ta’ Juventus, naqraw li huma kellhom jabbandunaw il-grawnd minħabba injuries ta’ natura kemxejn differenti. Douglas Costa kellu jinbidel bejn l-ewwel u t-tieni taqsima minħabba injury muskolari f’koxxtu. Matuidi, mill-banda l-oħra, qala’ daqqa f’ġenbejh. It-tnejn li huma ma ttrenjawx ma’ sħabhom illum. Matthew Scerri

Matuidi lura għat-training

MatthewJuve News Leave a Comment

Blaise Matuidi dalgħodu kien fil-JMedical għat-testijiet mediċi hekk kif daħal lura mill-vaganzi. Issa t-tim kollu hu komplut u qed jittrenja taħt it-tmexxija ta’ Allegri biex iħejji għall-impenji ta’ dan l-istaġun. Matthew Scerri

Matuidi: “Kont jien li ridt nitlaq lil PSG”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista esklussiva mogħtija lil Canal Football Club, Blaise Matuidi spjega li fis-sajf li għadda kien hu stess li talab li jinbigħ “għax ridt nipprova esperjenza ġdida. Naħseb li bl-għażla tiegħi marru tajjeb anki lil PSG għax setgħu jilagħbu iktar ta’ spiss lil Rabiot.” Matuidi faħħar anki t-taħriġ ta’ Juventus: “Meta mqabbel ma’ qabel, inħossni b’saħħti iktar fiżikament. Meta kont ma’ …