Pellegrini jitkellem dwar il-futur tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Lorenzo Pellegrini kellu l-opportunità llum li jitkellem dwar il-futur tiegħu. Hu sostna li l-fatt li fil-kuntratt tiegħu hemm klawżola biex jinħall mill-kuntratt bl-ebda mod ma jfisser li din se tintuża. Skont Pellegrini, malli jintemm il-kampjonat se jiltaqa’ ma’ Roma biex flimkien jiddiskutu l-futur tagħhom. Matthew Scerri

L-alternattivi jekk ifalli l-akkwist ta’ Emre Can

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport qed tirrimarka li l-għaxart ijiem li Marotta kien tkellem dwarhom għall-akkwist ta’ Emre Can għaddew. Għaldaqstant hu probabbli li Juventus se jibdew iħarsu madwarhom għal alternattivi possibbli. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Adrien Rabiot u Aaron Ramsey. Fl-Italja hemm interess f’Pellegrini, Barella u Cristante. Matthew Scerri

Pellegrini u Florenzi jistgħu jħallu lil Roma biex jingħaqdu ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Roma qed jirriskjaw serjament li jitilfu l-aqwa żewġ plejers Taljani li għandhom. Kif diġà ktibna aktar kmieni dil-ġimgħa, hemm rapporti li Pellegrini jinsab miftiehem ma’ Juventus bil-Bianconeri lesti jħallsu 25 miljun Ewro sabiex hu jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Roma. Issa apparti Pellegrini, Juventus jidhru interessati anki f’Florenzi. S’issa għadha mhix magħrufa l-istrateġija ta’ Juventus, fis-sens li ma nafux jekk il-Bianconeri …

Pellegrini-Juventus. Jonqos biss il-firma!

MatthewJuve News

Skont Rai Juventus għandhom ftehim totali mal-aġent ta’ Lorenzo Pellegrini. Hu lest jitlaq lil Roma sabiex jingħaqad ma’ Juventus fis-sajf. Il-Bianconeri lesti jħallsu għalih il-penali ta’ 25 miljun Ewro biex ikun jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Roma. Kif għidna, skont Rai, il-ftehim ma’ Juventus hu totali u prattikament jonqos biss il-firma fuq il-kuntratt sabiex jitqies bħala definittiv. Matthew Scerri

Tliet akkwisti eċċellenti fil-pjanijiet ta’ Juventus għas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Fis-sit ta’ Tuttosport qed ikun rappurtat li Juventus jixtiequ ħafna jsaħħu lit-tim tagħhom fis-sajf bl-akkwisti ta’ tliet plejers importanti tas-Serie A u li jilagħbu mal-konkorrenti diretti tat-tim ta’ Allegri. It-tliet plejers huma: Lorenzo Pellegrini, Sergej Milinkovic-Savic u Alessio Romagnoli. L-akkwist tagħhom mhuwiex faċli minħabba l-prezz tagħhom u anki minħabba l-fatt li l-klabbs rivali ma tantx jixtiequ jitilquhom minn idejhom biex …

Emre Can u xi ħaddieħor f’nofs il-grawnd għas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Forsi għal xi wħud Juventus m’għamlu xejn f’dis-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti. Fil-verità kien hemm ħidma qawwija għall-futur min-naħa ta’ Marotta u Paratici. It-tim preżenti sejjer tajjeb u fl-opinjoni ta’ Juventus ma kienx hemm il-ħtieġa li jissaħħaħ iktar. Biex ngħidu kollox mhux li kien hawn wisq plejers ta’ klassi għall-bejgħ. Għalhekk l-attenzjoni daret fuq it-tim tal-futur. Nafu li hemm kuntatti kontinwi għal …

Juventus ibigħu lil Alex Sandro u Dybala għal 250 miljun Ewro?

MatthewJuve News 1 Comment

Skont IlBiancoNero.com Juventus mhumiex jeskludu għal kollox li jbigħu lil Alex Sandro u Dybala lil PSG fis-sajf. Is-somma li qed tissemma hi ta’ 250 miljun Ewro. B’dis-somma Juventus ikunu jistgħu jixtru diversi plejers billi jħallsu l-penali li bihom il-plejers jistgħu jinħelsu mill-kuntratti rispettivi tagħhom. Fost dawn il-plejers hemm Donnarumma, Gaya, Ricardo Pereira u Pellegrini. Barra minn hekk Juventus ikunu jistgħu …

Juventus diġà qed jaħsbu għall-futur

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt li timijiet oħra jinsabu mehdija jippruvaw isaħħu lit-tim tagħhom għas-sena d-dieħla, l-attenzjoni ta’ Marotta u Paratici hi iktar mixħuta fuq il-futur. Huma fil-fatt qed ifittxu talenti ġodda sabiex mis-sena d-dieħla u fis-snin li wara Juventus ikollhom nofs il-grawnd u attakk denju tal-aħħar snin. F’nofs il-grawnd, Juventus qed isegwu żewġ plejers interessanti ferm: Barella u Pellegrini. Fuq quddiem, filwaqt li …