Pjaca qrib li jingħaqad ma’ Cagliari

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Cagliari jidhru li resqin lejn ftehim dwar Marko Pjaca. L-attakkant Kroat mistenni jingħaqad ma’ Cagliari b’self għal sitt xhur. Minn dak li qed ikun irrapurtat, il-ftehim bejn il-klabbs hu prattikament definit. Jonqos biss issa li Pjaca nnifsu jaċċetta it-trasferiment. Matthew Scerri

Pjaca fil-ftehim għal Tonali?

MatthewJuve News Leave a Comment

Marko Pjaca jista’ jingħaqad ma’ Brescia f’Jannar. L-attakkant Kroat jinsab fil-mira ta’ Brescia u Juventus lesti jakkuntentawhom bil-għan li jkunu jistgħu jingħataw preferenza fuq l-akkwist ta’ Tonali. Il-konkorrenza għax-xiri tal-midfielder Taljan hi tassew qawwija. Iriduh anki Inter, PSG u Manchester City. Juventus jemmnu li jistgħu jużaw il-karta Pjaca sabiex jikkonvinċu lil Brescia jbigħulhom lil Tonali. Barra minn hekk Paratici beħsiebu …

Genoa ma jridux biss lil Perin mingħand Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Apparti lil Perin, Genoa jidher li jridu b’saħħa anki lil Marko Pjaca mingħand Juventus. Skont Il Corriere dello Sport, Genoa jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus f’das-sens. Iż-żewġ plejers x’aktarx se jingħaqdu ma’ Genoa b’self sa tmiem l-istaġun bid-dritt favur Genoa li jixtruhom għal kollox fis-sajf. Matthew Scerri

Tim mis-Serie A interessat f’Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Hellas Verona huma bħalissa l-uniku klabb Taljan li realment għamlu kuntatt ma’ Juventus għal Marko Pjaca. Huma jriduh b’self. Min-naħa tagħhom, Juventus lesti jqisu kull offerta li taslilhom għal Pjaca bil-għan li jirnexxilhom jiksbu l-aqwa ftehim possibbli. Għaldaqstant għalissa mhumiex se jikkommettu ruħhom ma’ Verona ladarba s’issa l-proposta hi biss ta’ self. Matthew Scerri

Ir-ritorn ta’ Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Marko Pjaca ġie mgħajjat għall-ewwel darba f’dan l-istaġun wara li rkupra minn injury serju ieħor. L-aħħar darba li hu kien ġie mgħajjat għal partita ta’ Juventus kien fid-29 ta’ Diċembru 2017, kważi sentejn ilu. Wara dakinhar hu kien ġie misluf u mbagħad kellu l-injury. Issa Pjaca jidher li jinsab lest li jidħol lura fl-azzjoni. Nawgurawlu li ma jkollux aktar injuries …

Injury gravi ieħor għal Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli s-sensiela ta’ episodji ta’xorti ħażina fil-karriera ta’ Marko Pjaca. Hu fil-fatt reġa’ qaċċat il-legamenti ta’ rkoptu u se jkollu jerġa’ jgħaddi mill-operazzjoni tal-cruciate. Dan ifisser diversi xhur oħra barra. Matthew Scerri