L-Imħallef tal-Isport issospenda lil Adrien Rabiot għal partita waħda fis-Serie A. Dan wara li l-Franċiż tkeċċa għal żewġ karti sofor kontra Roma. Rabiot issa se jkollu jitlef il-partita ta’ nhar il-Ħadd kontra Napoli. Matthew Scerri
Sarri u Pjanic sospiżi għall-partita kontra Roma
Maurizio Sarri u Miralem Pjanic ġew sospiż mill-Imħallef tal-Isports wara li qalgħu karta safra kontra Cagliari. It-tnejn li huma kienu diffidati u għaldaqstant issa se jitilfu Juventus-Roma. Matthew Scerri
Rabiot se jkun sospiż għall-partita kontra Cagliari
Adrien Rabiot se jitlef Cagliari-Juventus minħabba li se jkun sospiż. Hu kien fil-lista tad-diffidati u bil-karta safra li qala’ llum, awtomatikament se jkun sospiż. Matthew Scerri
Bernardeschi se jkun sospiż għal Juventus-Lazio
Federico Bernardeschi kien fil-lista tad-diffidati u bil-karta li qala’ kontra Sassuolo hu se jkun awtomatikament sospiż. Għaldaqstant hu se jitlef il-big match kontra Lazio ta’ nhar it-Tnejn. Matthew Scerri
Cuadrado sospiż għal Sassuolo-Juventus
Juan Cuadrado ġie sospiż għal partita waħda u se jitlef Sassuolo-Juventus. Hu qala’ karta safra kontra Atalanta u peress li kien fil-lista tad-diffidati, awtomatikament l-Imħallef tal-Isports kellu jissospendih. Matthew Scerri
De Ligt u Dybala se jkunu sospiżi għall-partita kontra Milan
De Ligt u Dybala se jkollhom jitilfu l-konfront kontra Milan ta’ nhar it-Tlieta. Huma fil-fatt kienu fil-lista tad-diffidati u peress li qalgħu karta safra fid-Derby, huma awtomatikament se jkunu sospiżi għall-partita li jmiss, dik kontra Milan. Matthew Scerri
Danilo sospiż għal partita waħda
Danilo se jkollu jitlef il-partita kontra Lecce minħabba li ġie sospiż għal partita waħda mill-Imħallef tal-Isports. Hu tkeċċa lbieraħ kontra Bologna u għaldaqstant l-Imħallef tal-Isports kellu jissospendih għal partita waħda. Matthew Scerri
Tliet plejers ta’ Milan sospiżi fil-Coppa Italia
Milan se jkollhom lil Hernandez, Castillejo u Ibrahimovic sospiżi għar-return match tas-SemiFinali tal-Coppa Italia kontra Juventus. L-Imħallef tal-Isports, fil-fatt, issospendihom għal partita waħda. Ebda plejer ta’ Juventus ma ġie sospiż. Matthew Scerri
Bentancur sospiż għal tliet partiti
Id iebsa tal-Imħallef tal-Isports ma’ Rodrigo Bentancur. Hu weħel sospensjoni ta’ tliet partiti wara li tkeċċa kontra Lazio fis-Super Cup Taljana. Waħda mit-tliet partiti ngħatatlu għad-daħla kemxejn b’saħħitha fuq l-avversarju u li wasslet għat-tieni karta safra tiegħu fil-partita. Iż-żewġ partiti l-oħra ta’ sospensjoni, flimkien anki ma’ 10,000 Ewro multa, huma l-konsegwenza tal-fatt li wara li tkeċċa, Bentancur resaq lejn ir-Raba’ …
Bentancur sospiż għal partita waħda
Rodrigo Bentancur se jkollu jitlef Sampdoria-Juventus minħabba li ġie sospiż għal partita waħda. Hu kien fil-lista tad-diffidati u bil-karta safra li qala’ kontra Udinese, awtoamatikament daħlet fis-seħħ is-sospensjoni. Matthew Scerri