Nedved jiltaqa’ ma’ Raiola għal Pogba u De Ligt

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li Pavel Nedved iltaqa’ ma’ Mino Raiola f’Montecarlo. Allegatament il-partijiet tkellmu dwar il-possibbiltà li Juventus jixtru lil Pogba u lil De Ligt. Fuq it-tnejn li huma hemm konkorrenza qawwija u l-prezz mhuwiex baxx. Madankollu Juventus jidhru li qed jużaw il-ħbiberija u l-kuntatti mill-aqwa ma’ Raiola sabiex jirnexxilhom jiksbu liż-żewġ plejers. Matthew Scerri

Pogba kien Turin għall-festa ta’ Barzagli

MatthewJuve News

Nhar il-Ħadd li għadda Paul Pogba kien jinsab Turin għall-festa privata mogħtija minn Andea Barzagli fl-okkażjoni tal-irtirat tiegħu mill-futbol. Pogba kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ ħafna eks-sħabu fit-tim Juventin u jidher li tkellem anki ma’ Andrea Agnelli. Nafu li Juventus iridu lil Pogba lura, imam Manchester United mhux se jinżlu mill-prezz fenomenali ta’ 150 miljun Ewro. Matthew Scerri

Fis-sajf jista’ jkun hemm bdil bejn Pogba u Douglas Costa

MatthewJuve News Leave a Comment

L-interess ta’ Juventus f’Pogba hu ħaj iktar minn qatt qabel. L-impressjoni hi li minkejja li r-rapport tiegħu ma’ Solksjaer hu tajjeb, xorta waħda Pogba jrid jitlaq lil Manchester United sabiex ikun f’tim aktar kompetittiv. Skont Tuttosport fis-sajf Juventus lesti jilagħbu l-karta Douglas Costa bit-tama li jirnexxilhom jiksbu lil Pogba. Matthew Scerri

Ħu Pogba: “Jista’ jitjieb biss ma’ tliet timijiet fid-dinja”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil As, Florentino Pogba, ħu l-midfielder Franċiż stqarr li jemmen li Paul jista’ jagħmel pass ‘il quddiem fil-karriera jekk jingħaqad ma’ Manchester City, Real Madrid jew Barcellona. Hu sostna anki li Pogba mhu sejjer qatt ma’ Manchester City u allura jibqgħu ż-żewġ timijiet Spanjoli bħala destinazzjoni possibbli. Matthew Scerri

Pogba ferħan għall-fejqan ta’ Bryan

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit tas-snin ilu niftakru l-ġest ta’ Pogba li kien għamel favur tifel jismu Bryan li kien marid bil-kanċer. Mhux biss Pogba kien imur jarah, imma saħansitra waqt partita kien għolla l-flokk u fuq il-flokk ta’ taħt kellu miktub “Bryan sono con te.” Dan l-istess ġuvnott illum għeleb lill-marda tiegħu u lagħab l-ewwel partita tiegħu mal-Under 15 ta’ Juventus. Fuq Instagram …

L-aħbar ta’ Pogba kienet dwar app għall-mobile

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar li kellu x’jagħti Paul Pogba ma kellha ebda rabta mal-futur tiegħu bħala plejer. Hu fil-fatt ħareġ app ġdida għall-mobile u ried joħloq daqsxejn ta’ stennija sabiex jagħmilha iktar popolari. Matthew Scerri View this post on Instagram Merci all for trying to guess but today’s announcement is only about fun. I’m launching the Pogmoji App for you to customize your …

Mourinho jitlaq lil Manchester United. Pogba jibqa’ fejn hu?

MatthewJuve News Leave a Comment

Jose Mourinho m’għadux kowċ ta’ Manchester United wara t-telfa umiljanti ta’ 3-1 kontra Liverpool. Din il-bidla fit-tmexxija tat-tim ta’ Manchester United tista’ tħarbat il-pjanijiet ta’ Juventus għal Pogba. Fil-fatt Pogba kien se jitlaq lir-Red Devils principalment minħabba Mourinho u issa jaf jibdel fehmtu jekk jibda jmur tajjeb mal-kowċ il-ġdid. Matthew Scerri

Mirror – Manchester United lesti jisilfu lil Pogba f’Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Mirror qed tiżvela li Manchester United lesti jneħħu lil Pogba f’Jannar sabiex isolvu s-sitwazzjoni ta’ tensjoni li attwalment hemm fi ħdan it-tim tagħhom. Ir-Red Devils lesti jaċċettawli jisilfu lil Pogba sa Ġunju, tip ta’ ftehim li Juventus minn dejjem kienu disposti jipproponu. Fi kliem ieħor Juventus jistgħu jiksbu lil Pogba b’self bid-dritt li jixtru lil Pogba għal kollox fis-sajf. …