Juventus-Roma. Il-punt s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Roma qed ikomplu jinnegozjaw bejniethom. Paratici jrid lil Zaniolo akkost ta’ kollox. L-ewwel offerta ta’ Juventus, li tammonta għal 35 miljun Ewro, ma ġietx milqugħa minn Roma. Issa l-idea ta’ Juventus hi li joffru lil Roma lil Romero b’self u jżidu somma ta’ madwar 15-il miljun Ewro sabiex jiksbu lil Zaniolo. Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar Pogba, De Ligt u Romero

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-intervista mogħtija lil Gazzetta dello Sport, Paratici tkellem anki dwar il-mercato ta’ Juventus għas-sajf li ġej. Hu sostna li hu diffiċli ferm li Pogba jirritorna ma’ Juventus għalkemm fil-futbol qatt ma tista’ teskludi xejn. Skontu Juventus xtraw lil Ramsey u se jixtru anki difensur fis-sajf. Paratici sostna li Juventus jinsabu f’pożizzjoni tajba għall-akkwist ta’ Romero, filwaqt li kkonferma l-interess f’De …

Konfermi dwar Sturaro u Romero min-naħa ta’ Perinetti

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-Direttur Ġenerali ta’ Genoa, Giorgio Perinetti tkellem ma’ Sky dwar it-trasferimenti ta’ Sturaro u Romero. Hu kkonferma li Genoa jinsabu tassew qrib li jiksbu lura lil Sturaro. Fl-istess ħin stqarr li “xi darba” Romero se jkun ta’ Juventus peress li l-Bianconeri huma dawk li “ħadmu l-aħjar” għalih. Matthew Scerri

Interess Juventin f’Romero

MatthewJuve News Leave a Comment

Difensur żagħżugħ ieħor fil-mira ta’ Juventus hu Cristiano Romero ta’ Genoa. Allegatament Paratici diġà għamel kuntatt ma’ Preziosi għalih. Jidher imma li Genoa sparaw prezz għoli ta’ bejn 20 u 25 miljun Ewro. Matthew Scerri