Arsenal b’offerta kbira għal Rugani

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont il-gazzetta Daily Mirror Arsenal lesti joffru 35 miljun Sterlina lil Juventus għal Rugani. Ma nafux eżattament xi tkun il-pożizzjoni ta’ Juventus quddiem offerta ta’ dan it-tip. Li hu ċert hu li s’issa dejjem intqal li Rugani hu l-futur ta’ Juventus u allura mhux se jitlaq malajr. Matthew Scerri

L-ispjegazzjoni ta’ Allegri dwar Rugani

MatthewJuve News Leave a Comment

“Rugani għada se jilgħab. Dan l-aħħar ħallejtu barra għax kelli nagħmel xi għażliet. Matul il-ġimgħa ma kontx qed narah tajjeb u ma kienx qed jagħtini garanziji. Barra minn hekk lgħabna kontra timijiet li kontrihom kellhom jilagħbu l-oħrajna. Ma ninsewx li meta ma lagħabx minfloku lagħbu Chiellini, Barzagli u Benatia li huma tliet plejers ta’ livell għoli.” Hekk tkellem Allegri fil-konferenza …

Rugani mill-ewwel minuta kontra Udinese?

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Udinese jaf wasal il-mument li jerġa’ jibda mill-ewwel minuta Daniele Rugani. Fl-aħħar perjodu kważi sparixxa għal kollox u ma rajnihx mill-ewwel minuta. Issa b’Benatia barra minħabba daqqa fl-għaksa u b’Barzagli li jeħtieġ il-mistrieħ, hu probabbli ferm li Allegri jagħti l-opportunità lil Rugani li jibda kontra Udinese. Nittamaw li jkollu wirja tajba ferm u li jikkonvinċi lil Allegri li ħaqqu …

Rugani sparixxa!

MatthewJuve News Leave a Comment

Malli tħabbar il-bejgħ ta’ Bonucci das-sajf, ħafna bdew isostnu li kien wasal il-mument ta’ Daniele Rugani. Fil-verità f’din l-ewwel parti tal-istaġun Allegri wera li m’għandux fiduċja fih. Fl-Ewropa għadu qatt ma lagħab dis-sena, filwaqt li f’kull partita importanti, Allegri qed jippreferi jħallih riserva. L-aħħar darba li lagħab kien fl-20 ta’ Settembru kontra Fiorentina. Nemmnu li Rugani ħaqqu aktar spazju għax …

Injury għal Rugani mat-tim nazzjonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Ikompli l-mument negattiv ta’ Daniele Rugani. Hu fil-fatt sofra injury mat-tim nazzjonali Taljan. Qed ikun rappurtat minn Premium Sport li waqa’ minn postu s-saba’ l-werrej t’idu l-leminija. Probabbli li f’dan l-istadju jkollu jitlef il-partiti tal-Italja. Matthew Scerri