Wara xhur nisimgħu u naqraw dwaru, tħabbar uffiċjalment li Marco Storari se jkun qed jaħdem mill-ġdid għal Juventus b’kariga ta’ uffiċċjal tal-klabb. It-titlu tal-kariga tiegħu hi Professional’s Talent Development, li fi ftit kliem ifisser li se jkun responsabbli li jsegwi lit-talenti Juventini u jgħinhom jimmaturaw mil-lat uman u professjonali. Matthew Scerri
Storari lura ma’ Juventus
Apparti Pirlo, hemm eks-plejer ieħor li se jkun qed jirritorna ma’ Juventus. Fil-fatt skont Sky anki Marco Storari se jingħata rwol fi ħdan Juventus. Hu se jkun qed jibda jifforma parti mit-tim ta’ Paratici f’dik li hi t-tmexxija tal-Area Teknika tat-tim. Matthew Scerri
Storari lura ma’ Juventus
Marco Storari jista’ jirritorna ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Diversi siti online qed jirrapurtaw li Storari jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus sabiex ikun jista’ jibda jaħdem mal-klabb Juventin b’kariga diriġenzjali. S’issa mhux magħruf x’se tkun il-kariga ta’ Storari. Ta’ min jirrimarka li Storari mar Amsterdam flimkien mat-tim Juventin u dan jista’ jkun sinjal li tassew daqt nerġgħu nibdew narawh jaħdem għal …
Cagliari f’Turin b’diversi eks-plejers
Diversi eks-plejers ta’ Juventus illejla se jkunu qed jilagħbu ma’ Cagliari. Qabelxejn hemm żewġ idoli tas-supporters fl-aħħar snin: Padoin u Storari. Kienu żewġ riservi ta’ kwalità li dejjem taw qalbhom għat-tim kull darba li l-kowċ bagħathom fil-grawnd. Eks-plejer ieħor hu Marco Borriello, protagonist tal-ewwel scudetto tal-era Conte, anki jekk it-tifikra tiegħu mas-supporters mhix xi waħda kbira. Ir-raba’ u l-aħħar eks-plejer …
Storari captain ta’ Cagliari kontra Juventus
Il-kowċ ta’ Cagliari, Rastelli kkonferma lil Marco Storari bħala captain tat-tim. Fl-aħħar jiem Storari kien fil-mira tal-ultras ta’ Cagliari li bdew jgħajruh ‘merċenarju’. Matthew Scerri
Storari: “Juventus-Cagliari? Partita speċjali ħafna għalija”
Intervistat minn ‘Sky Sport’, Marco Storari wieġeb b’dan il-mod għad-domanda dwar l-ewwel partita tiegħu fil-Juventus Stadium minn mindu ngħaqad ma’ Cagliari: “Se tkun emozjonanti ħafna. F’Turin qattajt ħames snin fantastiċi u ma nistax naħbi li din se tkun partita speċjali ħafna għalija.” Matthew Scerri
Storari deċiżiv fit-trasferiment ta’ Padoin ma’ Cagliari
Skont ‘Tuttosport’ kien deċiżiva telefonata ta’ Marco Storari sabiex Padoin jaċċetta li jingħaqad ma’ Cagliari. Storari ilu sena ma’ Cagliari u għamel pressjoni ma’ sieħbu Padoin sabiex dan jilgħab magħhom mill-istaġn li jmiss. Matthew Scerri
Kliem ta’ imħabba għal Juventus minn Storari
Plejer kbir ieħor li sellem lil Juventus hu Marco Storari. Illum hu sab il-kliem biex isellem b’mod xieraq lis-supporters Bianconeri. Hu sostna li Juventus se tibqa’ dejjem iqisha bħala d-dar tiegħu. Dawn huma l-kliem ta’ Storari: «E’ stato necessario qualche giorno per trovare le parole… Ed esprimere le sensazioni di questo momento… Gli ultimi 5 anni sono stati i più …
Video: Marco Storari
Juventus sellmu lil Marco Storari billi ħejjew video li tpoġġa online. Tlifna gowlkiper kbir li qed ifittex stimooli ġodda ma’ Cagliari fl-aħħar parti nett tal-karriera tiegħu.