Mandzukic, Sturaro u De Sciglio waslu biex jidħlu lura

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’Vinovo Sturaro, De Sciglio u Mandzukic ittrenjaw ma’ sħabhom l-oħra li lbieraħ ma’ lagħbux kontra Bologna. Dan ifisser li t-tlieta li huma waslu biex jidħlu lura wara l-injuries li sofrew fl-aħħar perjodu. B’mod partikolari qed jingħata bħala kważi ċert ir-ritorn ta’ Mandzukic mal-ewwel ħdax ta’ Juventus fil-Finali tal-Coppa Italia. Matthew Scerri

Jitkellem l-aġent ta’ Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Stefano Sturaro, Carlo Volpi tkellem ma’ Cittaceleste.it. Hu tenna li hemm ħafna klabbs li jriduh. Saħansitra wasal jgħid li kien hemm 15-il klabb li avviċinah fl-aħħar perjodu. Skont Volpi Juventus qatt ma kkunsidraw li jbigħu lil Sturaro. Fi kliemu dan l-istaġun hu pożittiv ħafna għal Sturaro għax dejjem lagħab tajjeb kull darba li Allegri bagħtu fil-grawnd. Volpi temm …

Injury ħafif għal Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefano Sturaro llum ma ttrenjax mal-kumplament tat-tim u minflok segwa programm personalizzat ta’ taħriġ wara li sofra injury ħafif f’irkoptu u fl-għaksa. S’issa għadu mhuwiex magħruf jekk hux se jkollu jitlef il-partita kontra Fiorentina. Matthew Scerri

Juventus u Genoa jitkellmu dwar xi plejers

MatthewJuve News

Bħal dejjem il-partiti bejn Juventus u t-timijiet avversarji jservu anki sabiex Marotta u Paratici jitkellmu mal-uffiċċjali tat-tim l-ieħor dwar it-trasferiment ta’ plejers. Il-partita tal-lejla mhix eċċezzjoni. Genoa bħalissa jinsabu interessati ferm li jiksbu lura lil Sturaro. Fl-istess ħin Juventus iridu lil Pellegri u Salcedo mingħand Genoa. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Sturaro: “Juventus iqisuh parti mill-proġett tagħhom”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Radio Sportiva, l-aġent ta’ Sturaro, Carlo Volpi kkonferma li hemm diversi klabbs Taljani u barranin li jridu lill-midfielder Taljan. Hu sostna li ilu jirċievi ħafna telefonati minn klabbs oħra, biss Juventus dejjem baqgħu jsostnu li Sturaro hu parti mill-proġett ta’ Juventus u li hu għandu dna Juventin. Għaldaqstant hu diffiċli ferm li jitlaq lil Juventus. Skontu jekk vera …

Sturaro se jibqa’ għax …

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefano Sturaro x’aktarx mhux se jitlaq lil Juventus minħabba Marchisio. Calciomercato.com qed tirraporta li Allegri ma jridx jitlef plejer f’nofs il-grawnd la darba Marchisio spiss qed ikun barra b’injury. Kif ġieli għidna, Sturaro mhux se jitlaq lil Juventus sakemm il-Bianconeri ma jkollhomx f’idejhom midfielder ieħor minfloku bħal Cristante jew Emre Can. Matthew Scerri