Juventus ma jridux lil Rakitic jew lil Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Miralem Pjanic qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Barcellona. Hu qed jippreferi lill-Ispanjoli, aktar minn PSG u Chelsea. Issa jrid jinstab ftehim bejn Juventus u Barcellona. L-ispanjoli offrew lil Rakitic u lil Vidal, biss skont Calciomercato.com, Juventus ma jridu lil ħadd minn dawn it-tnejn. Il-Bianconeri lesti jbigħu lil Pjanic, biss minfloku jridu plejer li jista’ verament isaħħaħ lit-tim ta’ Sarri. …

Il-plejers li Barcellona lesti joffru lil Juventus għal Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Miralem Pjanic lest jilbes il-flokk ta’ Barcellona jekk ma jkunx għadu iktar fil-pjanijiet ta’ Juventus das-sajf. Skont La Gazzetta dello Sport, Juventus iridu lil Arthur bi tpartit ma’ Pjanic, biss il-Brażiljan ma jixtieqx jitlaq lil Barcellona. Għalhekk l-Ispanjoli lesti jdaħħlu fil-ftehim ma’ Juventus wieħed jew tnejn minn dawn il-plejers li ġejjin: Vidal, Rakitic, Semedo u t-talenti żgħażagħ Carles Alena u …

Vidal fi gwerra ma’ Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħalissa għaddejja gwerra sħiħa bejn Vidal u Barcellona. Il-midfielder Ċilen irraporta lil Barcellona lill-awtoritajiet minħabba li, skontu, ma tħallsulux bonuses li jammontaw għal 2.4 miljun Ewro. Il-klabb immedjatament wieġeb li fix-xhur li għaddew Vidal qatt ma kien għarrafhom li ma kienx qed jaqbel mal-ħlas mogħti lilu u issa qed jitlob li titħallaslu dis-somma f’temp ta’ 24 siegħa. Barcellona allegaw li …

Juventus-Inter anki fis-suq tat-trasferimenti

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Inter huma avversarji anki barra l-grawnd. Issa li wasal biex jiftaħ is-suq tat-trasferimenti, huma bosta l-għidut li l-klabbs jinsabu interessati fl-istess plejers. Jidher li Paratici fl-aħħar jiem qed jagħmel minn kollox sabiex ifixkel il-pjanijiet ta’ Marotta biex isaħħaħ lit-tim ta’ Conte. Vidal u Giroud, iż-żewġ plejers li Inter iridu b’saħħa, spiċċaw issa anki fil-mira ta’ Juventus. B’mod partikolari …

Vidal imsemmi b’saħħa ma’ Juventus

MatthewJuve News

Ikomplu l-ispekulazzjonijiet dwar ir-ritorn possibbli ta’ Arturo Vidal ma’ Juventus. Il-gazzetti Taljani huma konvinti li Juventus qed jikkunsidraw serjament li jiksbu lura lil Vidal f’Jannar hekk kif f’nofs il-grawnd għad hemm inċertezza sħiħa dwar kemm se jdum barra Emre Can. Fl-istess ħin il-grawnd wera s’issa li f’nofs il-grawnd Juventus m’għandhomx biżżejjed rservi. Matthew Scerri

Kuntatt għal Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Spanjola Mundo Deportivo qed tagħti l-aħbar li Juventus talbu xi informazzjonijiet lil Barcellona dwar Aleix Vidal. Il-Bianconeri jridu full-back u jidhru interessati f’Vidal. Matthew Scerri