15-il punt imnaqqsa għal Juventusby Matthew Scerri
Il-Qorti tal-Appell tal-FIGC laqa’ r-rikors biex jerġa’ jinfetaħ il-każ kontra Juventus u tmien klabbs oħra b’rabta mal-allegati plusvalenze fittizji. Il-każ kien ra darbtejn lill-partijiet meħlusa mill-akkużi kollha, liema sentenza kienet definittiva. Madankollu l-prosekutur talab li l-każ jerġa’ jinfetaħ minħabba żviluppi ġodda b’rabta mal-inkjesta Prisma.
Il-verdett kien wieħed iebes immens kontra Juventus li se jkollhom 15-il punt imnaqqsa mill-kampjonat ta’ fis-sena (2022-2023). Ħdax-il uffiċċjal ta’ Juventus ġew sospiżi (30 xahar għal Paratici, 24 għal Agnelli u Arrivabene, 16-il xahar għal Cherubini, 8 xhur għal Nedved, Garimberti, Vellano, Venier, Hughes, Marilungo u Roncaglio). Il-pieni huma iktar ħarxa minn kemm mitlub mill-Prosekutur. It-tmien klabbs l-oħra ġew meħlusa mill-akkużi.
Matthew Scerri