2 PUNTI MITLUFAby Pierre Borg
Partita letteralment mormija minn naha taghna u 2 punti mitlufa li jaf nigu bzonnom il-quddiem u nghidu ara x’punti tlifna.
Wara l-partita meraviljuza fl-ewropa kontra Lipsia kont qed nistenna li ser ikollna diffikultajiet izda nistqarr li kont nemmen li din il-loghba b’xi mod jew iehor ser nirbhuwa. Kif kien mistenni kellna bidu kalm izda xorta l-wirja tat-tim fl-ewwel taqsima ma’dejqitnix ghaliex kellna l-loghob f’idejna u pussess tal-ballun tajjeb hafna. Fl-ahhar il-VAR intuza biex ikollna xi haga favurina u gibed l-attenzjoni tar-referee ghal hands ball fil-kaxxa biex minn penalty morna fil-vantagg permezz ta’ Vlahovic. Kellna anke cans tajjeb li nirduppjaw minn xutt ta’ Koopmeiners li Scuffet laqa tajjeb.
Fit-tieni taqsima l-iskwadra xorta baqghat fuq l-offensiva u d-dhul ta’ Fagioli gab aktar kwalita fil-midfield. Izda bhal ma’ dejjem jigri jekk ma’ taghlaqx il-partita, tkun qieghed tirriskja li tirvina partita. Li ghandna problema serja fl-attakk kollha nafuha, tim bhal Juventus irid u jixraqlu jkollu attakkanti ta’ livell mondjali li forsi llum ma’ naffordjawx. Stilel bhal Higuain u Tevez li b’dispjacir nghid Dusan Vlahovic ma’ ghandu x’jaqsam xejn ma’ dawk il-livelli, ahna ma’ naffordjawx players bhal ma’ huwa Vlahovic li f’partita jtellek is-sema u tghid ejja donnu gej u ser isib il-kontwinita li ma’ Juventus ma’ kellu assolutament qatt.
Nigi ghal episodju tal-penalty kontrina li naturalment gie moghti ghaliex kontrina! Gimgha ilu kontra Genoa l-istess fawl fuq Mckennie gie msaffar kontrina lanqas temmen! U qabel nitkellem fuq il-hsara li hemm kontrina li kulhadd jaf bija nixtieq nghid xi haga fuq Douglas Luiz li sa issa huwa l-akbar misteru, dan l-imbierek hemm bzonn jifhem li fl-italja mhux bhal premier Ingliz certi dahliet jippermetuwom, l-italja le specjalment kontra Juventus. Mhux ta’ b’xejn Motta nahseb li qed jutillizah mil-anqas.
Il-hmieg li hemm kontrina u l-hsara kollha nafuha, laqna t-trab ta’ l-art u xorta ghadna nlaqqtu fuq wiccna. Dik hi r-realta kemm fl-Italja u kemm fl-ewropa. Meta ser tieqaf ma’ nafx, li hu zgur illi aktar mas-socjeta tibqa siekta aktar ser inlaqqtu.
FORZA JUVE DEJJEM