3 PUNTI BISSby Pierre Borg
Minn din il-partita kontra Como niehdu it-tlett punti u t-tieni rebha konsekuttiva ghaliex bhala prestazjoni tat-tim kienet fjakka immens.
Regaw hargu l-istess difetti tas-soltu li ddejaqna naraw u nirrepetu l-istess diskors, ergajna ma’ rajniex sistema ta’ loghob, ergajna ma’ rajniex l-icken determinazzjoni, ergajna rajna avversarji jigru t-triplu taghna, ergajna rajna ghazliet tattici diskutibbli u li ma’ jifimom hadd, ergajna rajna l-istess zball banali li qallana l-gowl tad-dro qabel il-mistrieh.
L-unika haga pozittiva minn din il-partita hija Kolo Muani, hames gowls fi tlett loghbiet u jekk miniex sejjer zball kiser anka r-rekord ta’ Tevez, nibqa u nerga nghid li jekk ikollu attakkant iehor hdejh u tinqaleb is-sistema ghal 4-4-2 ikun aktar tajjeb u decisiv izda Thiago Motta issa drajnih u s-sistema ma’ jibdila qatt.
Ergajna rajna lil Savona jilghab kontra siequ u naturalment it-taqsima li laghab kien dizastruz u l-winger ta’ Como iddominah u stordih. Rajna l-akkwist il-gdid Lloyd Kelly li apparti li ghandu fiziku, jidher li ghandu limiti difensivi kbar. Ergajna rajna loghba ohra dizappuntanti ta’ Koopmeiners li minn zball banali tieghu qlajna l-gowl ta’ dro, nistaqsi x’inhu jistenna l-kowc biex imqar ipoggih bilqeghda ghal imqar zewg loghbiet.
Izda minkejja dawn il-problemi l-aqwa li waslu t-tlett punti li fuq kollox dawk l-importanti biex ergajna caqlaqna l-klassifika u npattu ghal hafna punti li gharmejna sa issa.
Wasalna ghal zewg loghbiet importantissimi, kontra PSV fl-ewropa u kontra Inter il-hadd li gej. Dan huwa mument krucjali ghal Juventus kemm fil-pitch u kemm barra ghaliex kontra Inter ser ikollna indikazzjoni x’ser ikun l-andament taghna ghal kumplament ta’ l-istagun, fl-ewropa, u il-futur ekonomiku biex nkunu nistaw ninvestu aktar fil-futur. Li hu zgur li sa issa ma’ ghandna xejn stabbilit.
Sadanittant bhal dejjem
FORZA JUVENTUS