3 PUNTI MQANZHAby Pierre Borg
Minn din il-partita niehdu biss dak li fuq kollox ridna, t-tlett punti. Ghaliex anka ma’ l-ahhar tim fil-klassifika batejna u batejna mhux ftit.
Forsi ser ninstema ftit negattiv izda jiddispjacini nghid li personalment ftit qed nara dawl ta’ tama ghaliex it-tibdil li tant xtaqna ftit jew xejn ghadna rajnih. Li rajt zgur ergajt konfuzjoni tattika, loghob slow u nuqqas ta’ koncentrazzjoni kbira specjalment fid-difiza u jixhed dan il-gowl tad-dro ta’ Monza permezz ta’ Birindelli li letteralment zmarkat ghamel gowl meraviljuz.
Minn naha taghna nista nghid li fl-opinjoni tieghi l-unika nota pozittiva kien Nico Gonzales li rega wera xi player ta’ kwalita hu u kemm hu kapaci jsib ix-xibka spiss, nazzarda nghid li hu kien l-aktar player li hassejna meta tlifnih ghal zmien twil. Mil-bqija ftit nista nsib pozittiv fit-tim taghna ghaliex prattikament ergajna rajna l-istess difetti u attitudni ta’ superficjalita fil-players taghna. Prattikament determinazjoni ta’ xejn u din qeghda tinkwetani wisq ghaliex sinjal illi l-kowc mhuwiex jitrazmetti lil players tieghu.
Ergajna rajna wirja ohra negattiva ta’ Koopmeiners li sa issa huwa l-player tal-misteru taghna. Possibli dan il-player li tant kien protagonist ma’ Atalanta sar daqshekk hazin maghna jew il-kowc li ghadu ma’ sabx post ghalih fejn jista jesprimi l-kwalita tieghu? L-istess Koopmeiners li gie mibdul fil-mistrieh u nispera li mhux xi injury iehor li nitilfuh ghal tul ta’ zmien.
Nerga nghid li ninsab inkwetat fuq it-tim taghna ghaliex barra li m’ahniex kontinwi, t-timijiet ta’ fuq hadt minnom mhu qieghed ifalli anzi bil-kontra ghaddejjin b’ritmu tajjeb hafna u l-glieda biex nigu ma’ l-ewwel erba ser tkun aktar iebsa u zgur b’din l-atitudni m’ahniex ser naslu.
Gej xahar u erba loghbiet li rridu naffrontaw Fiorentina, Atalanta, Napoli u Milan u zgur li b’dan il-mod li qed nilghabu bih ma’ tantx hemm sinjali tajbin. Nispera li sejjer zbaljat izda zgur li Motta se jkollu x’joghmod u x’jirranga inkella ser ikollu jwiegeb ghal hafna affarijiet ghaliex il-Juventus mhumiex Spezia jew Bologna!!
FORZA JUVE DEJJEM