3 PUNTI TAD-DEHEBby Pierre Borg
Wara d-deluzjoni kbira li kellna fl-ewropa fejn gejna eliminati mic-champions league rega rritorna l-kampjonat fejn kellna partita away kontra Cagliari li qatt ma’ tkun facli ghalina.
Biex nghid il-verita bzajt minna din il-partita ghaliex wara li laghbna 120 minuta kontra PSV zgur li fizikament ma’ konniex ha nkunu 100% izda kellna l-ewwel taqsima verament tajba prattikament padruni assoluti fil-pussess tal-ballun. Pressajna lil Cagliari u morna fil-vantagg minn azzjoni nsistita ta’ Dusan Vlahovic li rebah ballun tajjeb u tefghana fil-vantagg, gowl li rrizulta li taghna r-rebha finali.
Tajjeb li nghidu li l-iskor setgha kien hafna akbar ghaliex fl-ewwel taqsima kellna aktar cansijiet fejn stajna kabbarna l-vantagg u serrahna rasna aktar qabel. Yildiz tilef 2 okkazjonijiet quddiem il-gowler li facilment setgha serrahna kmieni fil-partita izda jidher li mhuwiex fil-forma li kien fil-bidu ta’ l-istagun.
Nerga nghid ukoll li ergajt ma’ qbiltx ma’ certu ghazliet tal-kowc fejn Thuram rega thalla barra mill-ewwel hdax. Fl-opinjoni tieghi anka Conceicao bhalissa specjalment ma’ timijiet bhal Cagliari li jinghalqu fid-difiza ftit qed ikun effettiv.
Fit-tieni taqsima ma’ konniex daqshekk agressivi daqs l-ewwel taqsima u Cagliari ghafsu aktar izda qatt ma’ kienu perikoluzi hafna. Din id-darba t-tibdil sar f’waqtu ghaliex il-midfield deher li kien ghajjien fejn Locatelli u Koopmeiners majnaw hafna. Dahal Douglas Luiz flimkien ma’ Thuram izda ma’ tantx dam ghaliex rega wegga wara ftit minuti biex rega gie mibdul, nixtieq naf dan il-player li swiena 50 miljun ta’ min kienet l-ideja li dan huwa xi stilla mirakoluza! Anka Cambiaso kellu jigi mibdul u hareg mugugh, jidher li l-ghaksa ghada ttih fastidju u ma’ jistax jilghab 90 minuta shah.
B’din ir-rebha tlajna fir-raba post fejn f’din il-gurnata iffavurewna r-rizultati ta’ Lazio, Fiorentina u Milan, inutli nghidu, ahjar inzommu saqajna ma’ l-art ghaliex stabilità ghandna bzonn u aktar rebhiet kontinwi xi haga li nqasna minnha hafna din is-sena.
FORZA JUVE DEJJEM