3 punti tad-dehebby Pierre Borg
It-rebha fil-friuli ta’ udine hija rebha u tlett punti tad-deheb u johduna momentarjament fir-raba post wahedna sakemm jilghabu como vs Roma u naraw kif ser tispicca.
Din ir-rebha zgur ma’ kinitx xi haga facli b’Udinese li kienu f’mument tajjeb b’erba punti f’zewg loghbiet izda tista tghid li rega kellna l-partita f’idejna mill-bidu specjalment fil-pusses tal-ballun. Spalletti ghazel li jressaq lil Yildiz attakant centrali u Boga mill-bidu mal-linja u l-mossa taghtu ragun ghaliex kien l-assist ta’ Yildiz lil Boga li tefghana fil-vantagg u kien il-gowl tar-rebha.
Din kienet it-tieni rebha konsekuttiva u dan huwa l-mument li jrid ikollna hafna kontinwita biex nkomplu nitbeghdu Minn Roma u Como. Nerga nigi ghal partita fejn fit-tieni taqsima komplejna nattakaw biex nippruvaw naghlqu l-partita u filfatt wasal gowl mill-isbah ta’ Conceicao izda misterjozament ir-referee u l-var hassru dan il-gowl ghaliex Koopmeiners kien f’posizzjoni ta’ offside u ghalkemm deher car li ma’ tellifx il-vizibilita tal-gowler xorta gie iggudikat hekk, inkredibilment nghid jien.
Fortunatament dan il-kaz ma’affetwax ir-rizultat u ghalkemm Udinese kif kien mistenni fl-ahhar tal-partita ghafsu biex igibu d-dro xorta ma’ kellniex riskji kbar bil-players li taw il-100% taghhom sa l-ahhar biex gibna rebha tiswa deheb.
Nistennew il-partita li jmiss kontra Sassuolo u nisperaw li jerga jkollna rizultat pozittiv ghal aktar punti krucjali f’dan il-mument.
FORZA JUVE DEJJEM

