Messaġġ mingħand il-Presidentby Darren Micallef
Għeżież Membri,
Nixtieq minn qalbi nawguralkom sena ġdida mimlija risq, paċi u barka lilkom ul maħbubin tagħkom.
Kienet sena fejn kellna zieda qawwija fil membri u ta dan nejdilkom GRAZZI tal-fiducja.
Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzjakom mill-ġdid talli tibqgħu dejjem leali lejn il-club tagħna li għal dan l-aħħar nofs seklu kien id-dar tal-Juventini kollha tal-gżejjer Maltin. Grazzi lil sħabi tal-Kumitat għall-ħidma kbira tagħhom, lill-barman li jżomm il-post għaddej bl-aqwa servizz possibbli, kif ukoll lill-isponsors li mingħajr il-ġenerożità tagħhom ma jkunx possibbli li nżommu l-ġawhra ta’ premises li għandna.
Nawguralkom mill-ġdid,
Joseph Fenech
President
Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)