REDIKOLIby Pierre Borg
Ma’ hemmx deskrizzjoni ahjar ghal dan it-tim, redikoli mill-bidu sa l-ahhar, is-soltu storja, lanqas mizin ma’ jitla u jinzel daqs dan it-tim u daqs dawn il-players.
Mhux talli sfuma fix-xejn l-ahhar objettiv stagonali izda nqlajna go darna ma’ l-aktar tim medjokri li hemm fis-serie A li jilghab bit-tfal u li ghadu kemm qala 5 u tidwira tajba kontra l-Atalanta.
Sirna z-zebliegh ta’ kulhadd anka ta’ bicca tim bhal Empoli li jigi f’darna u jumiljana, l-objettivi sfumaw kollha u ghadna Frar fejn fadal aktar minn 3 xhur biex jispicca l-kampjonat. Naturalment it-tort mhuwiex tal-kowc biss izda s-socjeta mhux ezenti lanqas.
Nibdew bil-mercato estiv li din il-loghba ikkonfermat il-falliment ta’ l-aktar akkwisti li swew flus Koopmeiners 60 miljun, Nico Gonzales 35 miljun u l-fantazma Douglas Luiz 50 miljun ohra, jekk tasarom ma’ tohrogx player minnhom! Ftit huma dawk li jsalvaw fostom Thuram l-ahjar akkwist, ghamel gmiel ta’ gowl u dan ghal kowc taghna mhuwiex titolari u jippreferi l-fantazma Koopmeiners.
Il-konferma ta’ nuqqas ta’ personalita harget fil-berah fil-penalties decisivi, l-princimes Dusan Vlahovic li anka waqt li ser jittiehed corner jirranga l-istyle ta’ xaghru, il-mera tat-tim jiskurja u jsib il-lasta f xi avveniment li jiehu xi 3 xhur zmien! Kenan Yildiz! Del piero il-gdid qalu!! U mhux hekk!! Penalty mqassam lil gowler! Nerga nghid dawn huma l-mera tat tim, ir-realta u l-kwalita li ftit ghandna fejn ghax nirbhu loghba jahsbu li saru xi haga imbghad ma’ bicca tim nibzaw u naghmlu tahtna.
Inutli nkompli nispara fuq il-kowc, it-triq tidher cara, forsi jasal sa gunju! Kemm ser iwassalna sar-raba post ghandi dubji kbar. Jghidu x’jghidu l-akbar responsabbli huwa hadt hlief hu li qatt ma kien kapaci jaghti stabilita u bazi lil dawn il-players, xi haga li onestament ma’ stennejtiex. Sfortunatament li taghna s’issa li waqqana fir-redikolu, li sfaxxa kull objettiv u li sirna d-dahq ta’ kulhadd!
Redikoli mill-bidu sa l-ahhar.
Izda bhal dejjem FORZA JUVE SA L-AHHAR NIFS