Dettalji tal-jumejn avvenimenti f’għeluq il-50 sena anniversarju tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)by Darren Micallef
- Hawn taħt hawn spjegati xi dettalji tal-avvenimenti li sejrin isiru fuq jumejn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju u nhar is-Sibt 17 ta’ Mejju f’għeluq il-50 sena anniversarju tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) bil-mistiedna speċjali tal-Club ikunu Angelo Di Livio, Moreno Torricelli, Nicola Legrottaglie u Alessandro Birindelli.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju – Gala Dinner Il Pirata Mellieha
Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min wera interess li jattendi din is-serata, nitolbu lil dawk prezenti biex jimxu ma’ dawn l-istruzzjonijiet
- – Kull min kiseb biljett huwa mitlub li jġib il-biljett miegħu u jkun seated sas-6.45pm;
- – Dress Code – Smart Casual;
- – Ir-ritratti sejrin jittieħdu mil-fotografu uffiċjali tal-Club biss;
- – Se jkun hemm ħin allokat għal Q&A għaldaqstant min ikun interessat jista’ jilħaq jipprepara xi mistoqsija;
- – Filwaqt li nisħqu li din is-serata mhix maħsuba biex il-mistiedna tal-Club iħallu awtografi u li preferibbilment l-awtografi jinġabru l-għada s-Sibt ġewwa l-Club fejn se jkun hemm ħin allokat apposta, se nagħmlu mezz biex inkunu flessibbli u nippermettu lil dawk il-persuni li ma jistgħux jattendu l-għada s-Sibt ġewwa l-Club sabiex kulħadd joħroġ kuntent. Għaldaqstant nappellaw lil dawk il-persuni li se jattendu l-avveniment tas-Sibt ukoll sabiex iħallu l-merchandising għal nhar is-Sibt gewwa l-Club.
Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd matul din is-serata fejn tidħol fotografija u firmar ta’ merchandising sabiex tinzamm l-ordni.
Is-Sibt 17 ta’ Mejju – Zjara tal-players ġewwa l-Club u ċelebrazzjoni tal-50 sena anniversarju
Filwaqt li napprezzaw il-presenza tal-membri kollha tagħna u nirringrazzjawkom tas-sħubija kmieni li għamiltu għall-istaġun li jmiss 2025/26, nitolbu lil dawk prezenti biex jimxu ma’ dawn l-istruzzjonijiet
- – Il-membri li se jattendu huma mitluba li jkunu prezenti sal-5pm;
- – Ir-ritratti sejrin jittieħdu mil-fotografu uffiċjali tal-Club biss;
- – Se jkun hemm ħin allokat għal Q&A għaldaqstant min ikun interessat jista’ jilħaq jipprepara xi mistoqsija;
- – Nitolbu lil dawk li se jattendu sabiex iġibu magħhom sa massimu ta’ 4 oġġetti għall-iffirmar
- Fil-jiem ta’ wara għal zmien determinat se nkunu qegħdin nilqgħu ordnijiet għar-ritratti minn ġewwa l-uffiċju.
- Għal iktar informazzjoni nitolbukom tikkuntattjawna fuq in-numru 79953519 jew 79618994.
- Grazzi