L-EWWEL 3 PUNTIby Pierre Borg
Waslet l-ewwel partita ta’ l-istagun fejn wara sajf shih ta’ mercato, ftit li xejn rajna tibdil fl-iskwadra ghajr ghal Jonathan David li fetah l-iskor kontra parma u l-portugiz Joao Mario li dahal fit-tieni taqsima.
L-ewwel half tal-partita ftit li xejn rajna loghob konvincenti minn naha tat-tim taghna li ghalkemm parma qatt ma’ kienu xi perikoluzi xorta ergajna rajna certu difetti u zbalji fil-loghob u nuqqas ta’ blalen lejn l-attakanti taghna filfatt David kwazi lanqas deher fl-ewwel taqsima.
Il-midfield prattikament baqa l-istess ta’ l-istagun li ghadda u fl-opinjoni tieghi bqajna neqsin minn player ta’ kwalita li jidribilja u jitma lill-attakanti. Minflok ghadna dejjem indawru l-ballun u nittamaw li Conceicao bil-heffa tieghu jirnexxilu jiftah id-difiza avversarja, xi haga li fl-ewwel parti tal-partita zgur li ma’ rnexxitlux.
Fit-tieni taqsima rajt Juventus differenti, aktar determinata aktar agressivi u nafu xi irridu u forsi parma fizikament majnaw hafna wara l-giri li grew fl-ewwel parti tal-loghba. U la semmejt il-fizika kif ghidt bqajna sa l-ahhar bil-kontra ta’ staguni ohrajn fejn konna nbattu mhux ftit, nispera li fl-ahhar wara hafna snin naraw skwadra atletikament tajba.
Wasal l-ewwel gowl fid-debut tieghu ta’ David li ta’ attakant tal-kaxxa minn assist ta’ Yildiz tefa gox-xibka b’xutt bil-genb ta’ siequ, nisperaw li dan il-player ikun dak l-attakant li ilna nistennew nghid jien minn wara Higuain!
Ma’ nistax ma’ nsemmix it-tkeccija assurda u stupida ta’ Andrea Cambiaso li bhas-soltu wara li kellu partita mimlija traskuragni u tqassim riskjuz u hazin, halla lil shabu b’ragel nieqes fejn kien fadal ghaxar minuti bil-parma li kienu ghadom fil-partita. Fortunatament wasal it-tieni gowl minn Dusan Vlahovic li jinsab b’sieq u nofs barra minn Juventus li ghalaq il-partita u serrahna bil-kbir wara l-hmerija li ghamel Cambiaso.
Fadal gimgha biex jaghlaq il-mercato, x’ser jigri bhalkom ma nafx ghaliex is-socjeta zgur li mhux ser tohrog flus kbar, li hu zgur li qabel tittiehed decizjoni fuq Vlahovic nispera li jkollom attakant iehor validu f’idejom ghaliex l-ammont ta’ partiti li ser ikollna tul l-istagun jerga jigrilna bhal l-istagun li ghadda nfittxu u ma’ nsibux.
Is-sitwazzjoni Kolo Muani niddiskrivija tal-biki, sajf shih ma’ naslux ghal ftehim ma’ PSG , nghid ukoll li jekk vera t-talba hija ta’ 65 miljun jiddispjacini nghid li huma wisq ghal player li vera qdiena izda personalment ma’ jiswix dawk il-miljuni kollha, dmir id-dirigenti li jsibu ftehim b’ghaqal u kapacita!
Nisperaw li wara dan il-bidu pozittiv nkomplu nibnu ghal quddiem u nissudaw l-iskwadra ghal stagun twil u difficli.
FORZA JUVE DEJJEM