PARTITA SFORTUNATAby Pierre Borg
Kien dro ingust u sfortunat fil-partita kontra l-Atalanta. Fl-opinjoni tieghi bdejna tajjeb hafna b’loghob agressiv, determinati u lqatna l-lasta ma’ l-ewwel ftit minuti u kif jghidu x-xemx minn filghodu turik.
Mal-ewwel ghoxrin minuta konna diga sebgha korners kontra wiehed u dan huwa xhieda li konna qeghdin niddominaw u ma’ nista nsib xejn x’nikritika jew player li kien hazin sal-mument li bit-traskuragni ta’ Adzic li sa dak il-hin rega wera kwalita konna kwazi perfetti.
L-unika haga li ma’ naqbilx ma’ Tudor hija l-ghazla ta’ punta wahda fejn fl-opinjoni tieghi meta nsibu difizi maghluqa bhal ta’ Atalanta nsibu diffikulta kbira biex insibu x-xibka fejn bil-punta unika ftit huma l-players fil-kaxxa u b’Yildiz immarkat minn tlett players avversarji.
Qlajna l-gowl fl-aktar mument krucjali tal-loghba kwazi mas-suffara ta’ tmiem l-ewwel taqsima u moralment ma’ kinitx facli tohrog bl-istess energija li l-players wrew fl-ewwel parti tal-loghba.
Qabel it-tkeccija ta’ De Roon irriskjajna bil-kbir ukoll li naqalaw it-tieni gowl li zgur kien jitfana l-bahar izda fortunatament b’tibdil offensiv li sar wasal l-gowl tad-dro tant mistenni b’Cabal jirritorna wara sena barra u ma’ setghax jibda ahjar minn hekk.
Naturalment nerga nghid li ghad fadal enormita xi jsir ghaliex jidher bic-car li ghadna ma’ sibniex saqajna tattikament u fejn Napoli u Inter nghid li hemm differenza mhux hazin ghalkemm irbahna lil Inter.
Dan id-dro jhalli rabja fina s-sapporters izda l-affarijiet jidhru aktar pozittivi minn stagun ilu u ma’ ghandniex ghalfejn nitilfu l-fiducja f’Tudor u l-iskwadra.
Niftakru tajjeb li anka fl-ewwel sena ta’ Conte kowc ukoll konna nitilfu punti bhal dawn il-partiti, miniex nghid li nistghu naghmlu tmiem bhal dak l-stagun izda ejja nibqaw wara Tudor u l-players.
FORZA JUVE DEJJEM