FRAGILITA KBIRAby Pierre Borg
Dro iehor fl-ewropa. Wara dak mirakuluz kontra Borussia Dortmund wasal dro iehor kontra Villareal u ghal darbohra qed jinkixfu kompletament in-nuqqas ta’ personalita flimkien ma’ nuqqas ta kwalita f’dan it-Tim.
Minn fejn ser naqbad nibda lanqas naf! Rajna l-ewwel taqsima fejn jien iddiskrivejta wahdi quddiem it-televizjoni bhala tal-misthijja u bdejt narana f’certu mumenti nigu redikolati minn tim ta’ mhux aktar mir-raba post fi spanja,letteralment ma konniex nafu fejn qeghdin bis-soltu konfuzjoni u tqassim hazin u bla motivazjoni ta’ xejn.
Ha nibda mid-decizjonijiet tal-kowc. Ghadni qed nipprova nifhem x’inhi r-raguni li ser nibqghu ninsistu b’Koopmeiners ma’ l-ewwel hdax meta dan il-player jidher mitluf u ma’ dahalx fl-ambjent Juventin. Ghaliex ser jibqa jinsisti bi tlett difensuri specjalment minghajr Bremer u ma’ jaqlibx ghal erba? Konna nghidu supperv u rasu iebsa ghal Motta u Tudor ma’ jidhirx anqas minnu!
Nigi ghal players, ghajjejt u ghajjejt nara ara dawn l-ahhar sentejn players mhux motivati bhal Mckennie li nahseb ma’ jirrealizax f’liema livelli qieghed jilghab, ma’ niflahx nara aktar players bhal Cambiaso loghba wara ohra dejjem bl-istess zbalji. Ghadni nipprova nifhem ghaliex il-players taghna jigru anqas minn kulhadd! Nista nsemmi aktar difetti!
Fit-tieni taqsima bid-dhul ta’ Conceicao hadna r-ruh, jien ma’ nkunx ma’ Tudor imma nistaqsi ghaliex mhux mil-bidu?! Ghaliex bhal passat formazjoni tinbidel ta’ taht fuq?
Dawwarna r-rizultat u kellna cansijiet kbar biex naghlqu l-partita bejn l-injoranza ta’ Jonathan David fejn tilef cans b’lasta vojta u wara kien sfortunat li laqat il-lasta imbghad ma’ konniex kapaci nzommu rizultat fejn bhas-soltu jikkastigana ex player li thalla letteralment wahdu flok iddefendejna ghall-mewt, izda sfortunatament ma’ hemmx players b’demm Juventin ta’ vera.
Nixtieq nara pozittiv imma jiddispjacini nghid li minn wara l-partita kontra l-inter morna l-bahar u flok gid swietna deni! Qed nhoss l-istess problemi ta’stagun ilu, l-istess karattru bl-istess problemi u bl-istess traskuragni, nispera li sejjer zbaljat.
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM.