L-EWWEL TELFA FL-EWROPAby Pierre Borg
U l-ewwel telfa fl-ewropa waslet ukoll u nissokta nghid kif kien mistenni. Izda hasra li bil-problemi kollha li hemm ma’ gibnix mqar punt minn din il-partita.
Emmnuni kif ser naqbad niddiskrivi din il-loghba ma’ nafx hlief li fl-ewwel parti rajna xaqq ta’ dawl mit-tim taghna li donnu bdejna nsibu certa spazju u bdejna naqsmu l-loghob ma’ real madrid. Izda aktar ma’ beda jghaddi l-hin il-kwalita bdiet taghmel id-differenza u mhux ftit u real letteralment bdew jiddominaw.
B’xi ftit tbatija rnexxilna nidhlu ghal mistrieh b’rizultat ta’ 0-0. Fit-tieni taqsima kif stennejt real hadu totalment il-loghba f’idejhom bi pressing u pussess tal-ballun li hareg id-differenza kollha bejn iz-zewg timijiet.
Aktar ma’ beda jghaddi l-hin bdejt nisthajjilni meta fi zmien l-iskola konna nilghabu l-form 3 kontra l-form 5 fejn kien jaghmlu loghba ta’ tahrig kontrina u joqghodu jdawruna minn naha ghal ohra bil-ballun!
Naturalment sakemm wasal il-gowl ta’ real xorta tibqa tittama li jsir xi miraklu ghalkemm personalment bdejt nitlob li jghaddi l-hin ghaliex bzajt minn xi umiljazzjoni simili bhal ma’ qalaw in-Napoli kontra PSV .
Wasal il-gowl tar-rebha ta’ real bis-soltu difiza tiddefendi baxxa u kulhadd ihares sakemm Vinicius xuttja u minn rebound kien Bellingham li tefa fix-xibka biex tefghana f’aktar agunijja.
Madankollu xorta fl-ahhar tal-partita kellna opportunitajiet kbar bi Vlahovic li falla cans tajjeb u fl-ahhar mumenti Openda ukoll falla inkredibilment.
Il-hadd jirritorna l-kampjonat, loghba ohra difficli kontra lazio. Nisperaw li niehdu naqra ta’ nifs ghaliex din is-sena beda wisq kmieni l-inkwiet.
Bhal dejjem
FORZA JUVE