Tour vs Cremoneseby Darren Micallef
Għadek ma tafx x’ser tgħati il maħbub jew maħbuba tiegħek ghal-milied 🎄🤔
💥BOOKINGS NHAR TA’ TLIETA U ĦAMIS BEJN 6.30PM U 8PM GEWWA L-KLABB BIRKIRKARA
⚽️ Tour: Juventus vs Cremonese – Minn l-10 sat-13 ta Jannar 2026.
🚨 POSTIJIET LIMITATI
📍Tour li m’għandekx titlef!
✈️ Is-Sibt 10 ta’ Jannar
Niltaqgħu fl-ajruport fl-10:00am għat-titjira tal-KM Malta Airlines lejn Milan li titlaq fin-12:35pm. Mal-wasla għall-ħabta tas-14:25, trasferiment b’kowċ privat lejn il-lukanda tagħna ta’ 4 stilel fiċ-ċentru ta’ Turin – Hotel Concord u jsir assenjazzjoni tal-kmamar.
🚎☃️ Il-Ħadd 11 ta’ Jannar
Eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa lejn Aosta u Courmayeur.
Niskopru Aosta, il-belt kapitali sabiħa tal-Wied ta’ Aosta, spiss imsejħa “Ruma tal-Alpi.” Belt li tinsab fost għoljiet mill-isbaħ, f’Aosta ngawdu x-xenarju tal-għaġeb u l-karattru storiku tagħha. Inkomplu lejn Courmayeur, li tinsab f’riġlejn Mont Blanc, l-ogħla muntanja tal-Ewropa—fejn veduti tal-għaġeb u atmosfera alpina awtentika jagħmluha waħda mill-ġawhar moħbija l-aktar notevoli tat-Tramuntana tal-Italja.
🏟 It-Tnejn 12 ta’ Jannar
Se jkun hemm ħin liberu għal dawk li jixtiequ jixtru jew jesploraw Turin. Wara nofsinhar, trasferiment b’kowċ privat lejn l-istadium biex naraw il-logħba Juventus vs Cremonese. Trasferiment lura lejn il-lukanda wara l-logħba.
✈️ It-Tlieta 13 ta’ Jannar
Wara l-kolazzjon, il-kowċ tagħna se toħodna lejn l-ajruport ta’ Linate Milan għat-titjira tagħna lejn Malta li titlaq fis-1:15pm. Mistennija ninżlu Malta għall-ħabta tal-17:15.
💶 PREZZIJIET
🧑🧑🧒 Kamra Tripla – €720 kull persuna
👥️ Kamra Doppja – €750 kull persuna
👤 Kamra Singola – €880 kull persuna
👨👩👦 Tfal (2-11-il sena) – €620 kull tifel/tifla (jaqsmu ma’ mill-inqas 2 adulti)
🎁 Il-prezz jinkludi:
• Titjiriet tal-KM Malta Airlines – Malta/Milan/Malta
• Taxxi tal-ajru, surcharge tal-fjuwil u service charge
• 3 iljieli akkomodazzjoni fuq bażi ta’ B/B fil-Lukanda Concord ta’ 4* f’Torino
• Taxxa ta Turin
• Trasferimenti bir-ritorn mill-ajruport
• Trasferimenti bir-ritorn mill-istadium
• BILJETT TAL-PARTITA GARANTIT
• Servizzi ta’ Tour Leader
📍Extras
• Eskursjoni lejn Courmayeur / Aosta – €55 kull persuna (Minimu 30 persuna)
• Assigurazzjoni ta’ l-ivvjaġġar
Dan it-Tour huwa suġġett għal Kundizzjonijiet ġenerali. Jekk jogħġbok aqrahom bir-reqqa qabel tibbukkja.
Dan it-Tour qieghed isir flimkien ma’ FCM Travel.
Ħlas u booking jsir biss permezz ta’:
📍Depożitu ta’ 50% fi flus kontanti jew ċekk u jrid jiġi preżentat il-Passaport meta tibbukkja.
☎️ Ikkuntattjana fuq 79493614 jew ibgħatilna fuq whatsapp għal aktar informazzjoni.

