Dro Giddiebby Pierre Borg
Rizultat iehor giddieb u falz wara dak ta’ bergamo, giddieb ghaliex ergajna iddominajna u falz ghaliex ergajna gejna irrefjati minn referee mhux biss inkapaci izda brigant mill-kbar u jobghodna bil-fatti.
Id-difetti li ghandna fit-tim kulhadd jafom, hemm kienu fil-bidu ta’ l-istagun u hemm ghadom jekk ma’ gravawx aktar fl-attak ukoll. Il-partita kontra Lazio regghet urietna l-problema kbira li ghandna biex insibu x-xibka u jekk ma’ jkunx bhalissa San Mckennie x-xibka ma’ narawa qatt. Inkredibli Jonathan David il-faqar ta’ player li hu. Nixtieq inkun naf liema scout ta’ Juventus ikkonvinca lid-dirigenti li dan huwa player ta’ livell ta’ Juventus.
Hasra li wara half shih niddominaw, kellna gowl mhassar ta’ Koopmeiners ghal offside ta’ Thuram ghaliex il-var kontrina jigi iccekjat kollox sa l-anqas millimetru. Gejna ukoll imcahdin minn penalty car fuq Cabal izda l-var dak il-hin ma’ hadmitx. Naturalment u bhas-soltu mid-dirigenti ma’ nisimghu xejn halli ma’ tantx jinhanqu, ghalhekk nkomplu nlaqqtu l-ingustizzji.
Ma’ ninsewx ukoll li hasra li player bhal Locatelli li issa lehaq certa maturita jaghmel zball bhal dak fi tmiem taqsima u qlajna gowl wara li Lazio lanqas kienu ghadom resqu lejn il-lasta taghna!
Insemmi ukoll lil di Gregorio li fit-tieni gowl ta’ Lazio wara zball iehor ta’ Cambiaso li rega kien l-ghar player fil-pitch, wera indecizjoni kbira u harablu l-ballun li bih qlajna t-tieni gowl.
Fortunatament gibna l-partita lura u rnexxilna niehdu punt mizeru flok xejn bis-soltu Mckennie u b’Openda li anka kellu l-opportunita li jrebbahna il-loghba u jitfana f’dillirju ta’ ferh izda bhal siehbu Jonathan David, Openda huwa forma ta’ papru iehor kalcistiku.
Dawn huma 3 punti kardinali mitlufin u Roma probabilment ser japprofitaw ghar-raba post. Gejja loghba iebsa immens kontra l-inter u dan id-dro probabli huwa l-bidu ta nizla nisperaw li mhux kif qed nahseb jien.
FORZA JUVE DEJJEM

