LURA B’SUCCESSby Pierre Borg
Wara l-waqfa u l-eliminazzjoni ghat-tielet darba konsekuttiva mill-kampjonat mondjali ghan-nazzjonal Taljan irritorna l-kampjonat b’rebha fuq Genoa ghat-tim Juventin.
Naturalment il-mument huwa krucjali u determinanti biex naraw min ser ikun dak it-tim li ser jaghmila ghar-raba post biex jippartecipa fic-champions league li jmiss u xejn mhux ser ikun facli. Como tilfu l-punti kontra Udinese, Roma qalaw tkaxkira minghand Inter u l-Atalanta regghu gejjin.
Izda nigi ghal partita kontra Genoa fejn kellna l-ewwel taqsima tajba hafna b’tim dejjem fuq l-attakk, loghob sabih hafna b’one touch futbol li tiehu pjacir tara l-partita. Morna fil-vantagg mal-ewwel minuti tal-partita minn Bremer u ma’ domniex wisq biex irdupjajna minn Mckennie minn azzjoni sabiha ohra, wahda mil-hafna fl-ewwel taqsima. Stajna sibna x-xibka u t-tielet gowl hafna drabi ohra izda tlifna bosta cansijiet cari ta’ gowl biex konna naghlqu l-partita.
Bil-Maqlub fit-tieni taqsima ma’ hrigniex daqshekk tajjeb u bhal ma gara ta’ spiss dan l-istagun tibda tahseb li hareg tim u players ohrajn fil-grawnd. Ergajna kellna okkazjoni, b’Mckennie ma’ jisfruttax l-pass tajjeb ta’ Thuram. Minn hemm il-quddiem soffrejna, Genoa bdew hergin u bi dhul ta’ Baldanzi gabuna f’diffikulta ghaliex dan il-player insofruh wisq minn dejjem u skurjalna kemm il-darba kemm meta kien ma’ Empoli u anka ma’ Roma.
Fit-tieni taqsima di Gregorio ha post Perin u d-destin ried li kien determinanti u jien nghid li salvalna tlett punti meta salva penalty u salvalna l-ahhar ghoxrin minuta tal-partita ghaliex konvint li kien ikollna diffikulta biex inzommu r-rizultat. Minn hemm zammejna l-kontroll tal-partita u gibna tlett punti biex ersaqna aktar vicin Como.
Gejja partita ohra krucjali u mportanti kontra Atalanta, mhux ser tkun facli zgur, x’naqbad nahseb? X’ser jigri ma nafx ghaliex rajna wisq mumenti ta’ differenza f’dan it-tim filli tahseb li sibna kontinwita u filli nergghu naqaw f’mumenti mdallmin. Naturalment tlett punti f’Bergamo jkunu ta’ ossignu kbir. Nistennew u naraw.
FORZA JUVE DEJJEM

