L-EWWEL 3 PUNTI B’DIFFIKULTAby Pierre Borg
Din is-sena ser inkun kawt hafna fl-opinjonijiet tieghi f’dan il-bidu ta’ l-istagun u wara x’sar sa issa fil-mercato.
Zgur li kontra Frosinone fl-ewwel partita ta’ l-istagun soffrejna mhux ftit, kellna bidu tajjeb fejn il-pussess tal-ballun kien totalment f’idejna u f’xi mumenti rajna certu loghob sabih bis-soltu heffa ta’ Conceicao mal-linja, izda bhas-snin li ghaddew tlifna vizibilji ta’ cansijiet kemm qabel morna fil-vantagg minn Bremer u kemm wara fejn kellna bosta cansijiet fejn ergajna sibna gowler jaghmel il-mirakli u kien hemm mumenti konna tard fix-xuttijiet taghna.
Fit-tieni taqsima ghalkemm ukoll kellna bosta cansijiet, fl-opinjoni tieghi fizikament morna l-bahar, nisperaw li hija xi haga normali wara preparazzjoni iebsa ghaliex fil-passat ukoll rajna li fizikament ma’ konniex inreggu ghall-partita shiha.
Rigward l-akkwisti l-godda rajna biss ma’ l-ewwel hdax lil Celik u fl-opinjoni tieghi kellu partita tajba hafna, nahseb ser ikun wiehed mill-aqwa akkwisti li ghamilna, player li jilghab fil posizzjonijiet kollha fid-difiza. Dn filwaqt li nistennew id-dhul ta’ Lucumi, player iehor b’sahhtu fizikament.
Dizappunt kien Kolo Muani li ghalkemm teknikament bil-ballun f’saqajh huwa player tajjeb tilef bosta cansijiet tajba li stajna ghalaqna l-partita bihom.
Sfortunatament kellna konferma mill-players li ma’ nistaw nehilsu minnhom b’xejn bhal Koopmeiners, Cambiaso, u Zhegrova. Dawn malli dahlu aktar morna hazin u tlifna midfield milli swewna ta’ gid, xhieda ohra x’akkwisti hziena saru fil-passat.
Debutt tajjeb ta’ Vicario li fl-ahhar kellu jhalli postu, nispera minhabba krampi biss.
L-ewwel tlett punti gewwa, nisperaw li sal-partita li jmiss kontra Parma jsiru xi akkwisti ohrajn biex l-iskwadra tissahah bis-serjeta fejn hemm bzonn.
FORZA JUVE DEJJEM.

