AKTAR KONVINZJONIby Pierre Borg
It-tielet rebha minn erba loghbiet fl-ewropa league kompliet iddahhal aktar konvinzjoni u trankwillita fil-players taghna.
Zgur konna nafu li ma’ kinitx ha tkun partita facli barra minn darna fl-olanda u wara li konna naraw hafna nuqqas ta kontinwita fir-rizultati. Kontra AZ ALKMAAR kellna wirja ohra tajba specjalment fl-ewwel taqsima, rajna bosta bidliet tattici ghal darbohra fejn pratikament laghbna b’ sistema ta’ 3-4-3 b’ kolomuani li laghab kwazi winger u woltemade centrali izda bhal dejjem kwazi ma’ deher xejn, l-istess kolomuani li kellu partita ahjar mis-soltu u mportanti li rega sab ix-xibka.
Ghal darbohra z-zghazugh alejbejgovic kellu partita tajba sakemm gie mibdul, il-kwalita f’dan il-player tidher u qed tikber f’ kull partita, personalment nahseb li kieku ma’ ghandniex dawn l-injuries kollha dan it-tim jista jilghab b’ sistema ta’ 4-3-3 ghaliex kolomuani jidher li hu aktar winger milli attakkant centrali.
Kienet haga positiva ukoll li koopmeiners sab ix-xibka u dawn l-ahhar loghbiet rajna player differenti mill-passat.dawn it-tlett punti huma mportanti ghaliex aktar ma’ nikwalifikaw kmieni aktar nistaw nitfu mohhna u l-energija fil-kampjonat forsi nirkupraw il-hafna punti li tlifna s’issa. Nhar il-hadd gejja partita difficli go firenze u nafu li l-fiorentina meta jaslu maghna isiru qisom xi real madrid u wara jergaw jaqaw fil-monotonija ta’ l-istorja li ghandom.
Nisperaw li dan il-mument tajjeb inkompluh il-hadd li gej qabel il-waqfa.
FORZA JUVE DEJJEM.
