Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Diċembru)by Aleandro Bartolo
Fl-istorja ta’ Juventus insibu b’kollox tliet partiti li ntlagħbu fil-jum tal-Milied. Fl-1927 Juventus għelbu fil-kampjonat lil Novara bl-iskor ta’ 4-3. Ħdax-il sena wara Juventus reġgħu kienu fl-azzjoni, did-darba fil-Coppa Italia kontra Padova. Skor finali 1-3 għal Juventus barra minn darhom. It-tielet u l-aħħar partita, tas-Serie A, tkun lura għall-1960: Juventus-Sampdoria 3-2. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw siltiet minn din il-partita.