Juventus-Barcellona 0-2by Aleandro Bartolo
Waslet l-ewwel telfa fl-Ewropa għall-Juventus ta’ Andrea Pirlo. Barcellona rebħu 0-2 f’partita li rat lil Juventus għal darb’oħra żbilanċjata u b’difiża miftuħa beraħ. Il-Bianconeri ħallsu qares l-iżbalji li twettqu u għandna l-impressjoni li Barcellona mhumiex xi tim qawwi. Bi ftit attenzjoni żgur li Juventus setgħu minn tal-inqas kisbu punt f’dil-partita. Biss mal-linji llum rajna inqas kwalità mill-partiti li għaddew, filwaqt li Morata kien sfurtunat li ra tliet gowls imħassra għall-offside. Nofs il-grawnd, imbagħad, għandu juri l-istess problemi tas-snin li għaddew. Nittamaw li Pirlo jagħraf isolvi l-problemi tat-tim malajr kemm jista’ jkun għax xbajna naraw partita wara l-oħra l-istess żbalji!
JUVENTUS-BARCELLONA 0-2
Skurjaw: Dembélé (B), Messi (pen.) (B)
Juventus (4-2-3-1): Szczesny; Cuadrado, Demiral, Bonucci, Danilo; Bentancur (Arthur), Rabiot (Bernardeschi); Kulusevski (McKennie), Dybala, Chiesa; Morata. Kowċ: Pirlo.
Barcellona (4-2-3-1): Neto; Sergi Roberto, Araujo (Busquets), Lenglet, Jordi Alba; Pjanic, De Jong; Dembélé (Ansu Fati), Messi, Pedri (Braithwaite); Griezmann (Junior Firpo). Kowċ: Koeman.
Referee: Makkelie (Olanda).
Karti sofor: Kulusevski (J), Sergi Roberto (B), Cuadrado (J), Rabiot (J).
Karta ħamra: Demiral (J).
Matthew Scerri