Itterminat il-kuntratt tas-Segretarju Ġenerali ta’ Juventusby Aleandro Bartolo
Aktar bidliet fi ħdan Juventus F.C. Wara li ftit xhur ilu Marco Re ħalla lil Juventus, issa tħabbar li nstab ftehim ma’ Maurizio Lombardo sabiex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Lombardo kellu l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ta’ Juventus F.C. f’dawn l-aħħar għaxar snin. Hu kien responsabbli, fost l-oħrajn, tal-kuntratti li kienu qed isiru mal-plejers u mal-isponsors. Juventus qed ikomplu għaddejjin b’restructuring tal-istruturi tal-klabb.
Matthew Scerri