L-ASL jaf ma tħallix lil Juventus imorru Milan jekk …by Aleandro Bartolo
Roberto Testi, id-Direttur tal-Dipartiment ta’ Prevenzjoni tal-ASL ta’ Turin, tkellem dwar il-possibbiltà li Juventus ma jitħallewx imorru Milan għall-partita tal-lejla. Hu qal: “Għalissa m’hemm xejn ta’ tħassib. Però jekk naraw wara l-iswab tests li saru li hemm riskju li ħafna iktar plejers huma infettati, allura jkollna nwaqqfu t-tluq ta’ Juventus minħabba kwistjoni ta’ sigurtà. Iż-żewġ każijiet pożittivi ma jidhrux li huma marbutin flimkien. Nafu kif ħadu l-virus u l-plejers kollha l-oħra huma negattivi. Nistennew ir-riżultati tal-iswab tests. Jekk ikun hemm aktar plejers pożittivi jkollna niflu mill-ġdid kif inxtered il-virus. U jekk naraw li l-virus qed jinfirex minn ġewwa t-tim, allura s-sitwazzjoni tinbidel u tkun responsabbiltà tagħna li nwaqqfu lil Juventus milli jmorru Milan sabiex nevitaw li l-virus ikompli jinfirex.”
Matthew Scerri