Anniversarju: 3/9/1989 ħalliena Gaetano Scireaby Aleandro Bartolo
Illum jaħbat l-anniversarju tal-mewt ta’ wieħed mill-akbar plejers Juventini ta’ dejjem: Gaetano Scirea. Hu libes il-flokk ta’ Juventus għal erbatax-il staġun bejn l-1974 u l-1988 b’total ta’ 552 partita u 32 gowl. Ma’ Juventus, Scirea rebaħ kull kompetizzjoni u sar anki champion tad-dinja mal-Italja fl-1982. Scirea jibqa’ f’qalb is-supporters Bianconeri mhux biss għat-teknika kbira u l-intelligenza tattika li kellu, imma fuq kollox għall-mod sinjorili, ġentili u korrett li dejjem mexa bih ġewwa u barra l-grawnd.
Il-filmat t’hawn taħt ifakkarna ftit min kien Scirea:
Matthew Scerri