Dybala ħeles mill-kuntratt li kellu ma’ Star Imageby Aleandro Bartolo
Paulo Dybala solva l-kwistjoni li kellu mal-kumpanija Star Image dwar il-bejgħ tal-image rights tiegħu. L-istorja tmur lura għal żmien meta kien għadu plejer ta’ Palermo. Dik il-ħabta Dybala kien iffirma kuntratt ma’ Star Image, kumpanija rreġistrata f’pajjiżna, fejn bażikament tahom id-dritt li jinnegozjaw kull tip ta’ kuntratt marbut mal-image rights tiegħu għal perjodu ta’ 10 snin. Dybala dejjem sostna li hu kien ġie b’xi mod ingannat mill-eks-aġent tiegħu f’din l-istorja. Meta ngħaqad ma’ Juventus hu kien fehem l-iżball li għamel peress li normalment il-klabbs il-kbar tal-futbol ikunu jridu d-dritt li jbigħu huma direttament l-image rights tal-plejers fit-tim tagħhom. Dybala kien beda taħdidiet ma’ Star Image sabiex jintlaħaq ftehim ħalli l-kuntratt ikun itterminat. Il-ftehim dam ma ntlaħaq peress li Star Image kienu qed jitolbu somma ta’ 35 miljun Ewro. Issa jidher li l-ftehim bejn il-partijiet instab. Mhux magħruf, però, kemm ħallas Dybala.
Matthew Scerri