Botta u risposta bejn Agnelli u Conteby Aleandro Bartolo
Juventus-Inter hi l-partita li se nibqgħu niftakru għall-firda definittiva bejn Antonio Conte u Juventus. Fl-intervall bejn l-Ewwel u t-Tieni Taqsima hu deher juri s-seba’ tan-nofs fid-direzzjoni tat-Tribuna fejn kien hemm Andrea Agnelli u l-ogħla uffiċċjali ta’ Juventus. Ġest ikrah u mhux xieraq fil-konfront ta’ min għamel ħafna ma’ Conte. Hu veru li Conte tana ħafna bħala kowċ, biss hu veru wkoll li Conte sar dak li hu llum grazzi għall-fiduċja ta’ Agnelli u Juventus. Fi tmiem il-partita Andrea Agnelli ma qagħadx lura milli jwieġeb lura lil Conte. Fil-fatt hu deher nieżel it-taraġ u jgħajjat insult lejn fejn kien jinsab Conte. Żgur li ma konna nistennew qatt imġiba ta’ dat-tip minn Conte u Agnelli, biss hu evidenti li l-firda llum hi tant kbira li qed twassal għal komportament ta’ dat-tip.
Matthew Scerri