X’se jiġri issa li hemm neqsin Cuadrado u Danilo?by Aleandro Bartolo
Se jkun interessanti ħafna li naraw b’liema soluzzjoni se joħroġ Pirlo hekk kif għall-partita kontra Verona mhux se jkollu la lil Cuadrado u wisq inqas lil Danilo. M’hemmx iktar plejers li jistgħu jilagħbu f’dik il-pożizzjoni għajr Ragusin. Xi siti mhux jeskludu li Pirlo jista’ jagħżel li jibdel is-sistema ta’ logħob għal 3-5-2, b’Demiral, De Ligt u Alex Sandro fuq wara. Jidhru inqas realistiċi l-ideat li Alex Sandro jista’ jilgħab fuq il-lemin jew li McKennie jintuża bħala full-back mal-linja l-leminija.
Matthew Scerri