Juventus-Lazio 3-1by Aleandro Bartolo
Illejla rajna l-vera Juventus. Rajna t-tim li kapaċi jkun superjuri fil-grawnd għall-avversarji. Tim li ħa gost jilgħab u ma qagħadx biss jilgħab il-ballun lura. Tim li lagħab futbol pjuttost sabiħ u li wera li skopra mill-ġdid il-karattru tal-fino alla fine. Tim li mar minn taħt imma għaraf jieħu f’idejh il-partita u jdawwar ir-riżultat f’rebħa ferm mistħoqqha. Mingħajr dunju kontra Lazio rajna l-aqwa Juventus tal-istaġun. Nittamaw li nibqgħu naraw din l-istess Juventus fil-kumplament tal-istaġun!
JUVENTUS-LAZIO 3-1
Skurjaw: Correa (L), Rabiot (J), 2 Morata (1 pen.) (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado (Arthur), Demiral, Danilo, Alex Sandro; Bernardeschi, Ramsey (McKennie), Rabiot, Chiesa (Bonucci), Kulusevski (Di Pardo), Morata (Ronaldo). Kowċ: Pirlo.
Lazio (3-5-2): Reina; Hoedt, Acerbi, Marusic (Pereira); Lulic (Patric), Milinkovic, Lucas Leiva (Escalante), Luis Alberto (Caicedo), Fares; Correa, Immobile (Muriqi). Kowċ: Inzaghi.
Referee: Massa
Kartia safra: Acerbi (L)
Matthew Scerri