Juventus-Inter 3-2by Aleandro Bartolo
Diffiċli tikkummenta dwar il-partita tal-lejla mingħajr sentiment ta’ kburija għal dak li għamel it-tim tagħna u fl-istess ħin rabja qawwija għat-tmexxija tal-partita min-naħa tar-referee. Tafu li aħna rarissimu nitkellmu dwar referees biss quddiem dak li rajna llum ma nistgħux ma nikkummentawx. Ir-referee żbalja wisq u dejjem favur it-tim avversarju tagħna. Calvarese għamel minn kollox biex itellifna dil-partita, imma ma rnexxilux għax naħseb wara sena rajna fl-aħħar lit-tim tagħna jilgħab tassew bil-qalb. Illum rajna plejers fil-grawnd li taw qalbhom għat-tim u kisbu rebħa mistħoqqha. Ta min jgħid li f’erba’ partiti bejn kampjonat u Coppa Italia, Inter rebħulna biss meta kellna nofs difiża barra minħabba l-Covid. Kif dejjem għidna, dis-sena ħlejna wisq punti fix-xejn kontra timijiet żgħar u dawn il-punti mitlufa b’mod stupidu wasslu biex ma stajniex niġġieldu sal-aħħar għar-rebħ tal-kampjonat.
Juventus-Inter 3-2
Skurjaw: Ronaldo (J), Lukaku (pen.) (I), 2 Cuadrado (1 pen.) (J),Chiellini (awtogol) (I)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Chiesa (Demiral): Kulusevski (McKennie), Ronaldo (Morata). Kowċ: Pirlo.
Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, De Vrij, Bastoni (Vecino); Hakimi, Barella, Brozovic, Eriksen (Sensi), Darmian (Perisic); Martinez, Lukaku. Kowċ: Conte.
Referee: Calvarese di Teramo.
Karti sofor: Kulusevski (J), Darmian (I), Martinez (I), Bastoni (I), Chiellini (J).
Karti ħomor: Bentancur (J), Brozovic (I).
Matthew Scerri