Bidliet fl-amministrazzjoni Juventina? Il-Ħamis inkunu nafu!by Aleandro Bartolo
Nhar il-Ħamis jaf tkun ġurnata deċiżiva għall-futur ta’ Juventus. Fil-fatt l-Exor se tkun qed tifli mill-qrib is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Juventus bil-għan li jinbeda proċess għal żieda fil-kapital fi ħdan it-tim Juventin. Għalkemm l-Exor normalment ma tidħolx fl-amministrazzjoni teknika tal-klabb, jidher li jekk verament se jkun hemm bidliet fil-Presidenza u fid-diriġenza, dawn se jkunu diskussi u approvati waqt l-imsemmija laqgħa. Il-kwistjoni tal-kowċ, mill-banda l-oħra, mhux mistennija tkun fuq l-aġenda peress li l-Exor se tkun qed tiddeċiedi min għandu jmexxi lill-klabb u wara tħalli f’idejn dal-persuni biex jagħżlu l-kowċ u l-plejers għas-sena d-dieħla.
Matthew Scerri