Ħdax il-sena luraby Aleandro Bartolo
Illum nistqarr magħkom illi la naf minn fejn ħa naqbad nibda u lanqas fejn ser nispicca dan l-artiklu. Meta l-president u l-kumitat offrewli din l-opportunita li naqsam magħkom l-opinjoni tiegħi permezz ta’ dawn l-artikli għamilt patt miegħi nniffsi li kemm jista jkun fil-kitba tiegħi nkun realistiku u luċidu, nipprova kemm jista jkun nkun moderat u realistiku biex fil-kitba ma’ nwassalx biss il-passjoni u l-imħabba li għandi ghal Juventus.
Għalhekk nieħu gost nara li tikkumentaw fuq l-artikli u tesprimu l-opinjonijiet tagħkom. Anka jekk ma’ taqblux dejjem ma’ dak li nikteb ghax hekk għandu jkun u la darba dawn il-gruppi huma maħluqin biex flimkien nitkellmu u naqsmu l-glorja u l-mumenti hziena bħal ta’ bħalissa. Żgur li minn naħa tiegħi qatt mhu ha taraw kummenti fuq oppinjonijiet tagħkom illi qisni jien biss għandi raġun jew ħaddiehor ma’ jaf xejn jew saħansitra niżżufjetta b’xi kumment għax ikun ftit realistiku. Is-supporter għandu dritt jgħid dak illi jħoss.
Sfortunatament ilbieraħ kienet daqqa finali fejn f’logħba kważi deċisiva illi nippruvaw ningħaqdu ma’ l-ewwel erba waslet telfa oħra. Iżda illum aktar milli fuq il-logħba xtaqt naqsam magħkom ir-raġunijet għaliex wasalna sa hawn u ser nitfa ftit domandi li xtaqtkom twieġbu fil-kummenti tagħkom. Ħafna mil-psewdo avukati meta jaraw xi kummenti b’xi kritika lejn is-soċjeta jwieġbu b’mod illi taf x’jixirqilkom? Xi Cobolli Gigli jew xi Jean Claude Blanc u lbieraħ waħdi bdejt nidħaq, nistaqsi mela illum fejn qegħdin? Cherubini min hu? Kien il-messaġġier ta’ Marotta u wara Paratici voldiri bhal Alessio Secco!!! Arrivabene min hu? Il-bniedem ta’ John Elkann, il-widna u is-signor si jew no voldiri Jean Claude Blanc!!! Ma’ nixtieqx ninsa lil Fabio Paratici li għandu parti kbira f’dan id-diżastru li ninsabu fiħ.
Kif u min wassalna sa hawn? Biex inkun ċar, lil Andrea Agnelli ninżalu l-kappell u ma’ hemmx kliem biex ngħidulu grazzi ta’ dawn is-snin u anka tal-passat antik iżda ħadd ma’ jneħħi l-fatt li kien hu u biss hu li witta t-triq u ippermetta li ċerta individwi wassluna f’dan id-diżastru.
Min iddeċieda li Marotta jitħalla jitlaq? Min ġie mhedded jagħżel jew Marotta jew aħna? Min tilef il-polz tas-soċjeta?
Ma’ tistax tirbaħ dejjem iżda nippretendi li Juventus il-mument ħazin tagħhom xorta jkunu ma’ l-ewwel erba u mhux f’din il-miżerja!
Vera li jaslu mumenti li trid tibda mil-ġdid u tibni u dan jieħu żmien tiegħu! Iżda vera s-socjeta temmen fiż-żgħażagħ? Fl-oppinjoni tiegħi ma’ tantx. Kieku temmen players bhal Fagioli, Rovella, Soule, de Winter bdew bilmod jiġu inseriti minflok min jaqla 7 miljuni u qiegħed jgħaddina passata żmien fil-pitch!
Biex nerġa nkun ċar din id-dirigenza sabet ma’ wiċċa dawn l-iżbalji iżda jibqa l-fatt illi ma’ tantx tidher li vera trid iddawwar il-folja għaliex is-sajf li għadda baqat tgħidilna li din hija skwadra kompetittiva, u dawk li jikkritikawa ma’ jafu xejn!! Qed naraw kemm hi kompetittiva biex forsi tidħol europa league!!
Ilbierah ukoll ġewni f’moħħi żmien Marchisio, Giovinco, Mirante. Tgħiduli fejn mort b’moħħok? Ħa ngħidilkom għaliex; temmnu kieku ma’ ġarax li ġara dak iż-żmien kienu qatt ingħataw ic-cans?
L-argument tiegħi hu jekk qed tinnotaw, illi vera club jgħaddi minn żmien ħażin iżda hemm mod u mod. Vera li trid terġa tibni u tieħu żmien biex tiġi fuq saqajk iżda jew temmen fiż-żghażagh tiegħek u li qed tmur tinvesti fihom u jekk għandek tgħaddi mumenti ħżiena tgħaddih bihom inkella tippruvax tgħaddi ż-żmien bin-nies għax kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu.
L-aħħar mistoqsija li xtaqt nagħmlilkom u nara l-oppinjoni tagħkom hija domanda li qatt ma’ ħsibt li nagħmila!!
Taħsbu li Juventus wasal żmien li tinbidel il-propjeta? Oppinjoni għandi iżda ser inħalli f’idejkom biex ma’ ninfluwenzax risposti.
FORZA JUVE DEJJEM SAL-MEWT