Il-Klabb tagħna għadu sod u projettat fil-futurby Aleandro Bartolo
Illum xtaqt niddedika l-artiklu tiegħi u naqsam magħkom ftit ħin fuq il-klabb tagħna u t-tmexxija tiegħu.
Kif kulħadd jaf dawn is-sentejn ta’ pandemija ma’ kienet faċli għal ħadd speċjalment fin-negozji li madwar id-dinja ħafna għalqu saħansitra l-bibien tagħhom aħseb u ara klabbs bħal tagħna li l-introjtu tagħhom naqas drastikament.
Bħala ex membru fil-Kumitat naf kemm il-klabb tagħna jinvolvi xogħol, ħin u spejjeż biex tmantnih u iżżommu fl-aqwa stat kif jixraq lill-membri.
U dan matul is-snin dejjem sar kontinwament bla waqfien u ta’ dan kif għamilt dejjem u ser nagħmel anki minn hawn nirringrazzja lill-President u lill-Kumitat kollu tal-motivazzjoni u dedikazzjoni tagħhom lejn il-klabb tagħna u lejn il-membri.
Dan l-aħħar kelli l-okkażjoni wara nuqqas ta’ sentejn nitla’ Turin flimkien ma’ Joe Fenech, u naturalment ta’ ħbieb u bħala ex membru fil-Kumitat id-diskors dejjem jaqa’ fuq il-klabb u x’ser isir fil-futur.
U naturalment l-entużjażmu ta’ Joe ma’ ħallinix sorpriż! Anzi. Il-President qalli li għalkemm dawn is-sentejn kienu diffiċli xorta l-klabb baqa’ għaddej bix-xogħol fejn il-Kumitat baqa’ jiltaqa’ u aktar ħadem biex is-sorpriżi għall-membri li kellhom isiru xorta jsiru kif ikun il-waqt.
U dan grazzi għaliex dejjem kellna tmexxija bil-għaqal u Kumitati li ħasbu li meta nkunu fil-glorja dejjem kien bil-għaqal li jżomm pedament sod biex finanzjarjament meta jiġu mumenti inqas glorjużi bħalma ġara fid-dinja xi ħaġa li ħadd ma basar xorta il-klabb ikun b’saħħtu u jiflaħ għal mumenti bħal dawn.
M’iniex sorpriż għaliex kif għidt dejjem hekk irraġunajna fil-passat u hekk baqa’ jsir. Il-membri veri għandhom biex ikunu kburin u moħħhom mistrieħ li se jibqgħu jsibu dan il-klabb bħala l-post fejn niltaqgħu u naraw il-logħob flimkien u naqsmu rebħ, suċċessi u żmien ta’ inqas suċċess flimkien bħal dejjem.
Ħadd gost dan l-aħħar kull meta mort il-klabb nara l-logħob niltaqa ma’ ħbieb li qabel tarahom kienet ħaġa normali, wara dawn is-sentejn kollna ilna ma naraw lil xulxin żmien.
Kif għidtilkom nkunu kburin għax il-klabb għadu b’saħħtu u għandu ġejjieni sabiħ b’ħafna attivitajiet programmati għalina l-membri. Ibqgħu numerużi kif bqajtu u preżenti kemm tistgħu biex il-Kumitat jibqa’ b’din il-ħeġġa li għandu.
Il-kelma li nħobb ngħid lill-President hi nammirak u nammirakom kif bqajtu b’din il-motivazzjoni matul dan iż-żmien kollu! Ir-riżultat qiegħed ċar quddiemna l-membri kull meta nidħlu ġewwa l-klabb …. Palazz dejjem jisbieħ.
Il-Juventus Club Vero Amore, 46 sena. Illum aktar minn qatt qabel. Id-dar tagħna l-Juventini għal-lum u għall-ġejjieni.
Pierre Borg