Dybala u t-tiġdid tal-kuntratt tiegħuby Luke Zammit
Issa ilna għal dawn l-aħħar xhur nisimgħu li Dybala qiegħed qrib li jiffirma kuntratt ġdid mal-klabb, liema firma baqghet qatt ma waslet.
Iċ-ċifra li bdiet kostantament tissemma hija dik ta’ 10 miljuni fis-sena, però l-mistoqsija prinċipali f’dan kollu hija jekk Dybala jimmeritahx li jaqla’ daqshekk. Kulħadd għandu dritt għal opinjoni imma personalment ma naħsibx li wera li jimmeritah din il-paga għal diversi raġunijiet li se nkun qiegħed nispjega.
Ilkoll naqblu li Dybala kien wieħed mill-aktar plejers important f’dal-aħħar snin però stennejna li jagħmel dik il-qabża li sfortunatment baqa’ m’għamilx u ma narax li għandu karatteristiċi ta’ leader li jkun kapaċi jġorr it-tim fuq spallejh, dak li t-Taljani jsejħulu trascinatore. Dawn l-aħħar sentejn kienu wkoll ikkaratterizzati minn diversi injuries u problem fiżiċi għall-Arġentin fejn sab diffikultà biex iżomm ruħu fl-aħjar kundizzjoni possibbli.
Meta wieħed janalizza dan kollu jiġi f’dubju jekk Dybala verament jimmeritahx din il-paga li allegatament talab. Wara li skont il-ġurnalist ta’ Goal Italia Romeo Agresti qal li l-klabb kellu ftehim verbali ma’ Dybala u l-aġent tiegħu Jorge Antun sa minn Ottubru li għadda issa qed jibdew jiċċirkolaw rapporti li l-klabb qed jikkunsidra joffrilu kuntratt ġdid fi Frar li ġej però din id-darba għal figura inqas li hi ta’ 7.3 miljuni fis-sena. Nistennew u naraw.
Luke Zammit